Qawsalla Tal-Għabex. Bil-passi ħfief Fi tmiem il-jum Fis-siegħa tal-qawsalla Li tagħti mistrieħ mill-għabex twil Tal-ħajja fir-roqgħa dejjiema. Lewn ġdid fi skiet imbiegħed Li jagħti sens lil kull min kien F’dawk kollha li għadhom għaddejjin. Inneħħu t-toqol minn fuq spallejna Tilqgħana l-art lil hinn mix-xefaq Fejn ix-xemx tista’ tistrieħ Fejn il-lejl jilqa’ għajnejn għajjiena. U forsi qegħ’d hemm Fis-skiet tas-sema Fejn niftħu għajnejna U nirkbu mill-ġdid Iż-żiemel tal-ġwienaħ Bla weġa’ bla ħtija Bil-ħelsien li l-ħolm jagħti Fil-ħin. Alfred Grech 31/10/2024
Posts
Showing posts from October, 2024
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Ħmura ta’ Filgħodu. Ħarsa ġdida fil-ħmura ta’ filgħodu Issaffi l-ħolm qarrieq sabiħ u tajjeb Iżernaq għdwa ġdida sa mill-bidu Mar-raġġ ta’ wara rdum araħ jiżżerżaq. Fid-dellijiet li jġibu tama ġdida, Fis-sema mbagħad jitneħħa velu ieħor Maż-żifna lwien tas-sliem u tal-imħabba Bit-tama li mill-ġdid titlwieled ħrafa. Bil-kor tas-sliem l-għasafar qed jistenbħu Il-weraq li jistejqer ġmielu jfarfar Man-nida illi jsellem u jisfuma Man-nifs li dal-jum ġdid bil-ħlewwa jġedded. Alfred Grech 30/10/2924.
- Get link
- X
- Other Apps
Lil Għawdex (F’Jum Għawdex) Nixtieq niftaħar bik u nibqa’ ntenni l-annali tal-istorja w nagħti ġieħ u nsemmi kif missirijitna ħelsu mil-madmad tal-barrani minnufiħ. Iżda f’dal-jum ridt nagħmel riflessjoni, Nistqasi mistoqsija b’ton vistus: Kemm għadek tassew ħieles, bla mittiefes, Mill-ħakma ta’ min għandu ħafna flus? Alfred Grech 28/10/2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Żlieġa. (Versi fuq l-istil Ta’ Baudelliere) Żlieġa qawwija li tgħum f’riħet l-imħabba mħallta, mingħajr ħlewwa, tqila bħal morsa tagħfas fuq ir-ruħ mejta; l-istess morr tal-ħlewwa msejħa ġenna, j iġb i dni lura, bħalma ġuvni jixrob il-velenu tal-m istħija . Taħt ħitan imċappsin, mimlija dud u traskura ġni , jixref ġaħan, bla mħabba, imkaxkar mill-ħmar il-lejl; u l-ebda xewqa sogħb ien a m a tnessih il-piż li jġorr fuq dahru. Il-ġiżimin iħalli r i ħa ħelwa waqt li tkun tfittex il-fwieħa tal-ispirtu mħassar, ix-xewqa tiġri wara s-sajjetti li bla waqfien jaħarqu. F’dan id-dlam ninsab, ikkalpestat mid -dellijiet tiegħi, lil hinn mill-ħitan imdawlin bil-graffitti ta’ żmienna illuminati. Alfred Greech 27 ta’ Ottubru 2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Ennui. O frugħa tal-frugħat! Kollox frugħa Bħal kurrenti f’oċean ma tafx fejn sejjer, B’ritmi li dejjem jitwieldu fil-beraħ mistħajjel Bl-istess pass, bl-istess żifna Bl-istess ħsejjes li tidra f’widnejk. Ix-xena kienet għal waqt wieħed Issa mċajpra Jintefa’ d-dawl waqt li tkun għadek tfittex, Fejn hu l-qofol, fejn hi l-ankra tal-ħin? Jgħaddi l-ħolm bħal seqer fuq wied midfun. Forsi n-nifs tal-għada mbiegħed Għad jiftaħ xefaq ġdid għal min hu minsi. Alfred Grech 26/10/2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Fittixni. Ara fittixni fir-riħ u fit-trab Fil-ħolma li twiegħedek dejjem l-għada U tgħib fix-xejn Jien niġri lejk bħad-dell Fuq ħajt taħt ix-xemx Bil-passi taċ-ċomb taħt xita ta’ ħsieb Nibni l-għoljiiet bil-bramel tar-ramel. Ara tilħaqx il-waqt li ġa għadda Il-jum lli jiskula bħall-ilma tal-wied Fiċ-ċirku vizzjus Tas-serp jibla ’l-denbu. Xħin taqsam il-pontijiet tal-għada Tispċċa fuq xatt it-tnissija Fl-għabex tad-dellijiet Jiskontaw il-piena. Afred Grech 25/10/2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Għeluq. Fuq xefaq il-lejl, ix-xemx tinżel fietla , f'ħemda li t agħlaq it-triq u ttella’ l-barrikati , l’ilwien jorqdu fuq baħar bla ħsejjes , u f'wiċċ il-qamar, i t-toqob isir u ħlewwa fl-għajnejn. Kollox jaqa' f il-f oss ta' silenzju mielaħ, il-ħsejjes jgħaddu bħal ġmiel minn tubu , u bejn ir-riħ l-aħħar vers jitkaxkar, f'kitba moħbija fuq il- karta tal-ħsieb. Dan g ħeluq li ma jsibx fi tmiemu telfin, iżda pass ieħor fil-vjaġġ ta' bla fejda , meta kollox jgħaddi u l-ħolm isir sinjal, l-għeluq hu biss il-bidu ta’ xi ħaġ’oħra . Alfred Grech. 24/10/2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Xi tfisser Il-Poeżija. X’tista’ tfisser għalija l-poeżija? Il-poeżija ferħ! Ħoss jibqa’ jidwi, Ħoss f’moħħ seren li għad jibdillek ħajtek. Hi nifs ħieles ’l-fuq mill-ġenn tal-ħajja, Pont ġdid f’xifer il-ħsieb, f’xifer il-ħarsa, It-taraġ illi jwassal sal-abbissi. Hi xogħol sieket ta’ fomm li mank jitkellem, Jonġor il-kliem u jiżra’ f’art għammiela X’taħseb li hi, għalija l-poeżija? Ħarba ħelwa f’waqt wieħed tal-ġurnata, Nisġa’ ta’ ħolm għal min biss lanqas jara, Tnehida ta’ strument f’idejn l-imgħallem, Lingwaġġ li nies tal-lum ftit għadhom jifmhu Iżda li bil-ħoss tiegħu se jirxoxta Lir-ruħ biex togħla ’l-fuq minn kull akkuża. Alfred Grech 21/10/2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Xita. Forsi issa li għamlet ħalba xita Id-dmugħ tal-kukkudrilli jixxotta U dawk li jgħidu li żammewna Fuq il-palma ta’ jdejhom Tiġihom seduzzjoni. L-alla tal-ġenb mudlam ukoll insiena U baqa’jdoqq il-lira. Issa wasal ukoll iż-żmien tagħna Aħna li dejjem ħarisna biss madwarna U ħadd minna qatt ma ddobba Viżjoni panoramika. Għalhekk, illum għalxejn innewħu Għax dan l-għawġ ġibnieħ b’idejna U x-xlta li issa nieżla qliel Iġġorna mal-wied tagħha. Alfrred Grech 18/10/2024
- Get link
- X
- Other Apps
Aktar Ma Ried Is-Skiet . Aktar ma ried is-skiet, il-ħsejjes Żdiedu. U ma kien baqa’ l-ebda spazju Fejn seta’ jimraħ. Aktar max-xjuħija Bdiet tagħmel tagħha, aktar bdiet l-ingassa Tal-ħsibijiet u l-morsa tross tal-biża’ Ta’ x’jista’ jkun it-tmiem. Taħbita moħbija Fil-qiegħ ta’ moħħ magħluq il-waqtiet seħtet Ta’ kif l-imgħaoddi seta’ kien mod ieħor U kif it-tmiem jekk mhux bħal dak ta’ warda Li tiftaħ qalb il-ħmura ta’ filgħodu U tmut ġo xi vażett mewt oħr’ ugwali. l-imħabba li tixjieħ hi ħolma mqanqla għax inqas ma ddum tkarkar inqas tweġġa’, u xejn ma jista’ jwaqqaf għax jiżżerżaq il-ħin u għax fis-skiet li l-a...
- Get link
- X
- Other Apps
Skiet Is-Sebħ. Fis-skiet is-sebħ Il-ħolqien jistenbaħ U fuq ġwienaħ il-għana l-imħabba tibda ttir tinxtered bħal ġmiel fuq sħab deħebieni. Kull raġġ isir misteru ħanin Jaħsel il-blat, il-baħar U l-qalb tal-ħlejjaq kollha. Trid tiftaħ qalbek Għal dak li tħoss Għal dak li jiddi Bħall-ewwel raġġ tax-xemx fuq wiċċ l-ilma. Trid tħaddem fommok Bil-lingwaġġ tal-imħabba Bħal ġnien li jċedi l-frott Għal min iżuru. Alfred Grech 12/10/2024
- Get link
- X
- Other Apps
Taħt Siġra Tal-Lews Morr . Nogħnos taħt is-siġra tal-lews morr Bħal xita kiesħa ż-żahar moħlija Minn taħt it-trab titwieled l-għanja fqira Ta’ wġiħ u ħolm u snin mormija. Inġazza r-riħ b’subajħ imberfla Idoqq il-flawl ta’ għadmi b’ton miksur Filwaqt li l-lejl imbid tad-dellijiet isawwab U l-kwiekeb jirtiraw ġo ġuf misjur. Il-kwiekeb tqalu, kesħu u mmutaw Il-qamar silet xabla Nifed il-velu ta’ sema muġugħ U l-ilma tan-nixxiegħa qed jgerger Fil-beraħ miftuħ Irqadt taħt siġra tal-lews morr Fejn l-iħirsa jirtogħodufiż-żfin tagħhom Fejn jirgħu inkiss inkiss l-uħux fir-resħa Qalb l-geruq u d-dlam li jġorru magħom. Ħa jwarrad il-ward biex jgħatti ismi Il-petali jfesfsu għana misterjuż Għax f’dan il-waqt t’affann u dwejjaq Il-mewt issir ir-rahan prezzjuż. Idfnuni fl-art ta’ mingħajr ħsejjes Fejn hemm il- għana u l- holm mieles Warajja r-rima tat-telfien u imħabba Sabiex mingħajr...
- Get link
- X
- Other Apps
Frugha . The Simulacrum is never what hides the truth – It is the truth that hides the fact that there is none. The Simulacrum is true. Jean Baudrillard. Mhux is-sewwa li qed jg ħ atti Dik il-gidba li mhix hemm Huwa x-xejn li isaa libes U jingħaraf mhux la kemm. Mhux is-simulakru jaħbi Is-santiss’ma verita’ Huwa s-sewwa illi jostor Li mhemm xejn min dak li ra. U għalhekk issa lanqas tagħżel Dak li hu minn dak li mhux, Għaliex dak li fl-għajnejn jidher Minn tassew ma tifirdux. Alfred Grech 09/10/2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Xita tal-Ħin Bħa nifs ta' riħ, hekk din l-animazzjoni , Bħall-qatra xita fuq ta l-ward il-weraq , Tiddawwal għal mument, mbagħad tinqered, Bħal dell li jdum għal waqt , mbagħad j inħeba . Kull jum titwieled xemx fil- milja tagħha , Im b a għad tmut ġu f il-lejl fis-skiet jiżżerżaq. I l-mewġa tal-ħin j eħodna ‘l bogħod mix-xefaq , Għalina l-ħin ti ġr i b, mhux x i ħolma. Kemm hi qasira din il-mixja tagħna , D uħħan li jgħib minn qalb in-nar iħeġġeġ , B ħall-fdal tal-mewġ mitmum fi xtut minsija , F uq moll il-baħħ , fejn hemm l-irmiġġ ta’dejjem . U għalhekk, minn id għall-oħra ngħaddu l- fjamma, Kull waqt li jiġi nħaddnu jkun aħħari Bħal baħar ta’ lejl ċar taħt qamar jiddi N ixgħelu ftit, u mbagħad nintfew fil-bnazzi. Alfred Grech 08/10/2024
- Get link
- X
- Other Apps
Kantiku Lil Mewt Ħabiba. Int tista’ tkun fil-qrib inkella mbiegħda Għajnejk jixgħelu daqs fjamma ta’ xema, Tiġix imbeżża nkella b’wiċċ imqarras, B’imħabba ejja t’omm lejn it-tarbija. Jista’ jkun issa l-waqt fil-ħin tal-ħemda Issakkar il-kanċell fis-sliem u s-sewwa, Għax bħal fix-xemx, kull dell irid jitwieled Bħax-xitwa illi tostor iż-żerriegħa. Min baqa’ li ima fehmx dan il-misteru Meta fi ħdanek hemm l-akbar tifsira, Tad-dawl li qatt jmut separju jitla’ Ħa nkunu nafu sew x’hemm wara l-velu. Issa’ huwa l-waqt li nieqaf ftit u naħseb Quddiem it-triq li naf sew fejn trid twassal, M’hemm l-ebda mafkar illi jibqa’ għal dejjem, Kien hemm min it-trapass ħajj’oħra fassal. Kien hemm min f’waqt ta’ skiet sab it-tifsira, Kien hem min ħażen sew fl-għena tal-għada, Int tista’ tkun mhux il-ferħa għal min jistenna Int tista’ tkun muftieħ għal bieb tal-ġenna. Alfred Grech. 4 ta’ Ottubru 2024 Fes...
- Get link
- X
- Other Apps
Qbel Ma Kien Hemm. Qabel ma kien hemm xejn, Wara m’hemm xejn lanqas Ħlief leħen ta’tfajjel inewwaħ. Imqar il-ħlewwa tal-għana tal-għasafar U r-ritmi ta’ vjolin iħanxar Jinħoloq teatrin biex inessi Il-biża’ tal-għada. . . Nixgħelu dwal li jgħammex Għax mhux ħabibna d-dlam. Qabel ma in hemm xejn, Wara m’hemm xejn lanqas Ħlief leħen ta’tfajjel inewwaħ. Fi-ħeffa ta’ kull ħsieb Fid-dehxa ta’ waqt wieħed Issib muftieħ li jiftaħ Il-bieb tal-ħemda eterna. Qabel ma in hemm xejn, Wara m’hemm xejn lanqas Ħlief leħen ta’tfajjel inewwaħ. Alfred Grech 06-10-2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Xħin Tiftaħ il-Kanċell . Xħin tiftaħ il-kanċell l-art tibda taħdida mas-sema li jgħattiha. Ir-riħ iħoll il-fili ta’ ruħ ikkundannata U s-skiet jidher qed jiżfen Ġo toroq li jwaħħxu. Xħin jogħola s-siparju Id-demm jiżvina fil-vini taż-żmien U l-warda ta’ bil-lejl Tistieden lill-insetti jdakkruha. Fuq weraq il-ħarifa Raġel mimdud jitkellem mal-kwiekeb U qamar barbaġann Jistgħad għal ġrieden. Iżda l-qmar jibqa’ sieket Irażżan is-skiet tiegħu Sigriet moħbi ġo warda tistaħba fid-dlam. Werqa żebbuġa ġġib magħha sħab ċomb U qawsalla tħabbar it-tempesta. Issa l-għarusa tkun tista’ jisgħobija Għaliex il-lejl wasal mingħajr għażla. Alfred Grech 04/10/2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Versi Fuq Stil ta’ Ħafiż “ E il mio discorso più bello e più denso Esprime con il silenzio il suo senso ” (L’Arcobaleno, Giulio Rapetti (Mogol)) Fuq xefaq il-lejl jiddi l-qamar Bħal tislima mqaddsa Ġo dinja ta’ tbatija. Fuq l-għatba ta’ qalbi Xuftejk jagħmlu ħoss ħelu U mħabbtek bħal rixa Tintrefa ’l-fuq mar-riħ Ħafifa. Għax tiġi bħal dawl perpetwu Moħbi minn kull għajn Bħal ħolm ta’ xi qaddis. Min jgħid li l-imħabba mhix tassew Qatt ma rak u qatt ma sema b’ismek Lanqas ma ħass is-ħana tal-ferħ tiegħek. Kull ġawgħra fid-dinja Mera t’għajnejk Li jilmgħu ċar fid-dlam tal-lejl. Kull nifs mimli ħlewwietek. Irrid infittxek Irrid nimxi ma taħbit qalbek Għax jien kont trab Iżd’inti ilma ġieri Li ssaqqi ruħ imxenqa l-eternita’ moħbija f’għajn ir-ruħ. Alfred Grech 02/10/2024.