Posts

Showing posts from June, 2025
Image
  L-Għada.   Jekk l-għada ma jkunx ħolma, qatt ma ssebbaħ, Bħal meta f’qiegħ ta’ baħar twaddab ġebla, Bħal meta l-baħħ timliħ fil-mera tħares, Tistenna mewġa l’għad iġġib tweġiba.   Titwieled tama fl-għada qabel jisbaħ Żifna tal-ħin fit-tluq li jasal qabel, Tkun biss l-imħabba għamja fl-impossibbli Għax dak li għadda ħalla r-radda tiegħu.   Nistgħu naħarbu l-bieraħ jew inkella Fid-dell ta’ nofsinhar inġorruħ magħna, U jekk tgħid illi għada qatt ma jasal Tkun kelma illi tagħti sens lill-ħajja.   Għax l-għada mhuwiex żmien iżda biss għażla Li mmissu s-sebħ -misteru b’qalb miftuħa Għax f’dinja ta’ tgħawwiġ u li tinbidel Titwied tama fl-għada li jiċċara.   Alfred Grech29/06.2025
Image
  Kull Waqt Li Ngħaddi Miegħek.   Kull waqt li ngħaddi miegħek huwa għal dejjem, Daqqiet kemm kemm jinħassu illi jiżfnu Bla żmien, mingħajr eta’ waqt li kull ħarsa Bħal ħmura ta’ f’l-għaxija ’l-hemm mix-xefaq.   Kull waqt jitwal u jdub bla ma jintilef Fis-skiet li jkebbes dinja mbagħad jintefa’, Imqar is-skiet jinbidel f’poeżija, Ma jibqa’ l-ebda xkiel jew barrikata.   Iż-żmien irid jiltewa’ għar-rieda tagħna, Kull waqt isir il-ħolma tal-ġejjieni, Ma leħnek li jisfronda l-ferħa tal-issa Hemm l-infinit ta’ baħar li fih ngħoddsu.   Alfred Grech 26/06/2025
Image
  Ma Nitolbokx.   Ma nitolbokx li tisma’ dina l-għanja, Biex inħalliha tmewweġ fuq il-fewġa, Rokna ta’ skiet, fejn hemm il-kliem jorbombja U ma tidwix f’widnejn min ma jridx jisma’. Ma nsejjaħlekx bit-talba ta’ xi rima, Lanqas ma nonqox ismek gewwa l-ġebel, Ħalliha ttir u timraħ mingħajr ġwienaħ Għaliex minn taħt l-ilsien irrid ngħanniha. Dwar dak ta’ mingħajr isem trid titlkellem Dwar l-għadex illi jdub wara l-kampnari, Ta’ jdejn li ma messewx tal-arpa l-kordi Tal-ittri li naħarqu bla nibgħatu Iżda jekk tkun għaddej u tħoss is-sejħa tagħha Hi tistenniek, biex l-għada ġġorrok magħha.   Alfred Grech 22/06/2025. 
Image
  Il-Lejla Nistaqsik.   l-lejla nistaqsk: Tridx timxi miegħi mhux f’dak il-mixi twil li mkien ma jwassal nistħajjel illi s-seħer sraqt ta’ dari f’dit trejqa ta’ bla kliem magħżula għaliha.   Il-lejla jiena stess infittxek niġi fejn mal-ħitan id-dellijiet jitkellmu u s-skiet jgħannaqna b’dak  li  ma ntqalx  qabel.   Xi jġiegħelek temmen li jekk timxi miegħi Fuq riħ l-irdum fejn soltu konna nimxu Se terġa’tħoss tferfir ta’ qalb li tħabbat Ta’  min imdorri jimxi fuq ix-xifer/   Alfred Grech 20/06/2025.
Image
  Is-Skiet Li Jiġi Wara .   Is-skiet li ji ġi wara l-a ħħ ar bewsa Hu l-istess nifs li bih id-dinja timxi; Ħ elsiewn jew sliem inkella fir- t nissija Jitkellem l-univers filwaqt li jisma’.   Fil-ba ħħ imutu l-kwiekeb mingħaje ħsejjes, U l-ebda ħoss jew karba ma tinstema’ Fil-baħar inkwinanti ta’ dal-kosmos. Mhuwiex nuqqas ta’ ħsejjes imma saħta   Li toqgħod tistennieħ bħal ċpar u borra: Mhuwiex it-tmiem; imbuttaura għas-sewwa. Is-skiet ta’ ġewwa fik hu bħad-distanza Hu moħħ li jirrifletti bla jitbiegħed.   Maqtugħ bi swied il-qalb tintelaq waħdek Biex toqgħod tikkontempla li min ċaħdek.   Alfred Grech 12/06/2025    
Image
  Adieu.   Issa li f’dal passaġġ fit-trab u b’qorq imqatta’ Qed tara nżul ix-xemx lilhinn mix-xefaq, Tinsiex li dan mhuwiex it-tmien, biss waqfa Fil-post fejn trid tistrieħ bid-dawl ibatti, Fis-skiet lil trid issibu waqt li tkompli Il-mixja fejn iddur mal-kantuniera U ħadd ma jista’ jsegwi. Ħallini ngħidlek Xi tfisser din il-mixja li għamilna: Kull tlugħ ix-xemx kien skuża biex inqumu, U kull tbissima, kenn mill-maltempati.   Alfred Grech 09/06/2025
Image
  Dan Huwa.   Dan huwa waqt dqskieku kien waqt ieħor; Inħossok, ma narakx, narak bla nħossok, Nittewweb qed bin-ngħas għalxejn nistenna’ F’wiċċ l-ilma qiegħdin ngħumu bla ma naqdfu, Mingħajr ma nafu x’hemm għaddej minn taħtna. Din hija sinfonija mhix kompluta Rakkont mingħajr għeluq għax waqaf ħesrem. Mill-bqija baħħ u skiet maqtuħ mill-bqija Bħal karba illi tidwi fit-tnissija.   Alfred Grech 04/06/2025
Image
  Irrid Il-Ħsejjes tas-Silenzju.   Irrid il-ħsejjes tas-silenzju Immur ninġarr lilhinn mis-skiet Damdim, tisbit, taħbit tat-tnabar U ngħix is-siegħa li għaddiet.   Jinstema hoss f’kull waqfa moħbi F’kull nifs li baqa’ ma xxandarx Irrid il-ħsejjes tas-silenzi Leħen is-skiet ma jindarax.   Ma rridx il-ħoss ta’ min jitkellem Inkella l-ħalq ma jingħalaqx Nismagħha ċara s-sinfonija Fis-swali fejn din ma tilħaqx.   Irrid il-ħemda li taf taħraq Il-baħħ lil jifred l-unita’ F’dil-mixja twila ta’ bla passi, Fit-triq tas-skiet u l-verita’   Alfred Grech 02/06/2025
Image
  U  Xorta Waħda.   U xorta waħda ħielsa toħroġ l-għajna Sinfonija t’għasfur qalb ir-rovini Qalb tiġrif u ħerba u nies imweġġa’ Li jħabbtu fuq sidirhom destin kiefer.   Id-dwejjaq jissikkaw ’mma l-għanja toħroġ Il-ktajjen ma jxekklux lanqas imewtu Għax l-għanja hi sinjal ta’ ruħ ribelli Li ħafja timxi qalb tifrik tal-gwerer U tferrex iż-żerriegħa fil-ħamrija Maħsula b’demm u dmugħ ta’ min miet martri U taħrab bħal inċens mix-xquqtal-firda Ħafifa tibqa’ tiela’ mingħajr toqol.   Alfred Grech 01/06/2025