Kull Waqt Li Ngħaddi Miegħek.

 

Kull waqt li ngħaddi miegħek huwa għal dejjem,

Daqqiet kemm kemm jinħassu illi jiżfnu

Bla żmien, mingħajr eta’ waqt li kull ħarsa

Bħal ħmura ta’ f’l-għaxija ’l-hemm mix-xefaq.

 

Kull waqt jitwal u jdub bla ma jintilef

Fis-skiet li jkebbes dinja mbagħad jintefa’,

Imqar is-skiet jinbidel f’poeżija,

Ma jibqa’ l-ebda xkiel jew barrikata.

 

Iż-żmien irid jiltewa’ għar-rieda tagħna,

Kull waqt isir il-ħolma tal-ġejjieni,

Ma leħnek li jisfronda l-ferħa tal-issa

Hemm l-infinit ta’ baħar li fih ngħoddsu.

 

Alfred Grech

26/06/2025

Comments