Posts

Showing posts from October, 2025
Image
  Tgħidlix .   Tgħidlix għaliex m’għandix inħoss id-dwejjaq Ġo dan il-wied tad-dmugħ li hija l-ħajja. Fejn  hu dad-dawl sabiħ li qed imexxi? ’L-għaliex ninsabu hawn ġo din it-trejqa? Qaluli nibqa’ nimxi sa ma nasal, Fis-sema iżda baqgħet qatt deheret Il-kewkba li turini t-triq li twassal   Sa fejn ridt nasal, inkella fejn  hu x-xifer. Tgħidlix li hemm għal xhiex inkompli naqdef F’dan l-oċean ta’ wisa’ bla konfini, Infittex ħjiel li jidher fuq ix-xefaq Bħal xi esploratur ta’ dinja ġdida. Tgħidlix! Ħallini hawn biex negħreq waħdi F’dal baħar ta’ skiet qawwi u apparenzi.   Alfred Grech. 31/10/2025.
Image
  Lil-Għawdex Gżira Reġjun   Tħallix min ibellgħalek ross bil-labra, Jgħidulek ma tistax għal rasek tfendi, Jew ma tistax ikollok min jimbotta, Quddiem il-ġnus il-kbar il-kawża tiegħek.   Tħallix min inessik il-ġrajja tiegħek B’għemejjel ta’ kuraġġ u ħila mżejjna, Fejn inti kont is-sid u kmand ġo darek U kont minn ta’ quddiem biex lill-barrani   Tkeċċiħ u ma tħallix min isoff demmek. La temminomx jekk jgħidu li wisq ċkejken Biex tista’ għad xi darba tgħolli rasek U titlob illi tieħu li jixraqlek,   Dak li kien imissek, għax ħadd daqsek Ma jaf dak li tinħtieġ, x’inhuwa sehemek.   Alfred Grech Jum Għawdex. 28/10/2025
Image
  Ejj’Nistkennu.   Ejj’nistkennu minn dix-xita Ta’ kliem fieraħ, malizzjuż Ejja nagħmlu ta’ bir-ruħna Qed nitilfu l-ħin prezzjuż.   Ejja nagħlqu das-siparju Ma narawx it-tejatrin Ibellgħulna r-ross bil-labra Mingħalihom: ma tafx kif!   La bqajn’hawn fuq din ir-roqgħa Bħal ħaddieħor ma tlaqniex, Ejja nagħmlu ta’ bir-ruħna Konna torox, ma smajniex.   Issa zġur m’għandniex xi ngħidu, Issa n-numru kiber sew Nispiċċaw fil-minoranza Għax dawn kollha minn fejn ġew?   Tlifna l-fil u tlifna r-riedni, Lanqas nafu fejn sejrin, Ħmar il-lejl bla ma nistembħu Fil-filliera lkoll mexjin.   Alfred Grech 25/10/2025.
Image
  Poeżija .   Jien kont ħallejek waħdek kewkba tiegħi Tistaħba wara star bħax-xemx li tikfes, Insejt qawwiet il-ferħ tad-dija tiegħek Insejt id-dawl li biħ tilluminani. U jien ħallejtek hemm storduta u għaxja Bla ebda ħjiel ta’ kif għad trid tistenbaħ, Tirxoxta, terġa, tqum u tgħidli “hawn qiegħda”! Bużżieqa tas-sapun lewn il-qawsalla Għax jiena bħalek bqajt ruħ ta’ bla ħajja U l-fehema li xi darba rrid nistenbaħ Imm’issa li rġajt ġejt u bdejt tmellisli Ħassejt nifs il-ħolqien mill-ġdid ġo fiha, Malajr il-pinna qbadt u bdejt inħarbex Mill-ġdid ħassejtek ġejja O poeżija!   Alfred Grech. 24/10/25.
Image
  Bibien Is-Sema.   Bibien is-sema ma nfetħux għalina, Ir-ragħad ikarwat mhu se jbeżża’ ’l-ħadd; Għax jiġri x’jiġri xejn mhu ser jinbidel, U l-kwanita’ tal-boloħ hi bla għadd.   Nistiednek miegħi titlaq i-filliera, U tiġi ttir u togħola ’l-fuq mis-sħab Issib li bdilt ir-rotta, x-xefaq kiber, Inżajt l-ilbies u l-ġilda ta’ tallab.   It-triq li fiha mxejt hi biss mistħajla, l-imgħoddi li tiftakar, ħmar il-lejl, ix-xita tibqa’ nieżla, is-sema jgħanni, tintilef f’din l-immensita’ bla kejl.   Middejt idejk għad-diwi f’arja fierħa’, Ġrejt wara kull fatat li seta’ kien U xħin fittixt is-sewwa bqajt titfixkel Għalex is-sewwa kien qed kullimkien.   Alfred Grech. 18/10/2025.
Image
  Ta’ Pinu.   Lanqas hawnhekk , li ġ ejt g ħ al kemm il-darba Ma sibt il-kenn li xtaqt sabiex ninġabar infittex is-silenzi li jnebb ħ uni u nifhem kif is-skiet ta’ fuq ix-xefaq itaffi jista’ d-dwejjaq ta’ filgħodu.   Lanqas hawnhekk mal-ġebel għoli mnnaqqax U max-xbiehat li fis itellfu l-ġabra Ma nista’ għid li għadni nerġa’ nikseb Il faraġ illi darba hawn kont infittex.   Hawnhekk sar megalopoli ta’ fidi, Ta’ min l-għeġubijiet għad irid jara, Inkella li xi darba għad jispunta Żernieq mingħar iċ-ċpar li jtaffi t-toqol.   Hawnhekk il-pellegrini jerġgħu lura Għax jafu illi kisbu barka ġdida. Jibqgġli biss li negħreq ġewwa baħar Ta’ kliem ma jfisser xejn, tgedwid imtenni.   Alfred Grech 17/10/2024  
Image
  Tista’   Tista’ ma tagħmel xejn u tibqa’ tiġri, Ittir fi sbieħ il-għodwa fuq is-sħab, Il-ġwienaħ trabbi u toqgħod hemm tisseqqer, U tinsa’ l‘inti wkoll għad issir trab.   Tista’ ma tagħmel xejn u toqgħod tongħos, Għax ħobżok hu maħbuż, żejtek fil-kus, U taħseb illi għada qatt ma jasal Fil-ġenna tgħix kull waqt li hu meqjus.   Alfred Grech. 12/10/2025