Poeżija.
Jien kont ħallejek waħdek kewkba
tiegħi
Tistaħba wara star bħax-xemx li
tikfes,
Insejt qawwiet il-ferħ tad-dija
tiegħek
Insejt id-dawl li biħ
tilluminani.
U jien ħallejtek hemm storduta u
għaxja
Bla ebda ħjiel ta’ kif għad trid
tistenbaħ,
Tirxoxta, terġa, tqum u tgħidli “hawn
qiegħda”!
Bużżieqa tas-sapun lewn
il-qawsalla
Għax jiena bħalek bqajt ruħ ta’
bla ħajja
U l-fehema li xi darba rrid
nistenbaħ
Imm’issa li rġajt ġejt u bdejt
tmellisli
Ħassejt nifs il-ħolqien mill-ġdid
ġo fiha,
Malajr il-pinna qbadt u bdejt
inħarbex
Mill-ġdid ħassejtek ġejja O
poeżija!
Alfred Grech.
24/10/25.
Comments
Post a Comment