Posts

Showing posts from November, 2024
Image
  Int.   Tintilef ħarstek għad lilhinn mix-xefaq Mal-ħsejjes adulanti tal-mewġ ħieles Imqar tkun bastiment bla qlugħ u mqadef Tittama li se tasal f’tarf id-dinja F’dan l-oċean u l-baħħ tal-eżistenza.   Int ċiklu ta’ ġrajjiet bla tmiem, bla bidu; Int żmien, int riħ li jqanqal il-wiċċ ħiemed Kull mewġa li tgħaddik tgħid ġrajja ġdida Mitlufa f’nofs ta’ baħar ta’ bla xefaq Biex terġa’ lura tkejjel minn fejn telqet.   Alfred Grech 30/11/2024
Image
  Lil Oliver.   U jiena ħajti kollha domt biex fhimtek, X’ridt tgħid fil-vrus imnebbħa bħal profeti, Bħal min il-bieb imbexxaq iħallilek U tibqa’ bla ma taf għandekx tażżarda Timxi ’l-quddiem, nkella tmur tinħeba. Warajk ukoll insus domt ħajti kollha Bil-pass meqjus biex lanqas ħoss ma nagħmel Biex għad xi darba forsi jirnexxili Noqrob ftit lejk u nħossni tlajt fis-sema Imbagħad jekk nibqa’ l-art ħadd ma jintebaħ. U fhimt, tgħallimt il mixja li rrid nimxi Distanzi twal li għad irrid interraq Mingħajr ma naf jekk għadx xi darba nasal Fejn jista’ lili jilħaq id-dawl tiegħek.   Arech Grech 28/11/2024.  
Image
  Ngħixu Qiegħdin .   Ngħixu qiegħdin fi żmien fejn xejn ma jibqa’ Fejn kull tifsir jinħall f’tal-aċ’du l-baħar Filwaqt i qiegħed joħlom li se jirbaħ Id-dittatur iħedded tmiem id-dinja.   It-terrorista f’daqqa waħda sploda Ġismu sar trab u ruħu bdiet issaddad Twemmin li twieled fih ġigħelu jiddispra Fantażma tat-tħarbit u karba fl-arja.   Hemm qerda ma ssibiex fid-deh’n tal-bniedem Hemm dmiegħa ma tifdix il-kawża tagħha, Ta’ min lin-nies jagħmilhom qishom tarka Għad-debħa fuq il-mitbaħ tat-tpattija.   Hemm bejgħ bl-irkant li taħsbu kien xi ċajta Banana qed titħassar aħna u ngħidu l-istorja tal-miljuni illi tfakkar l-arti tax-xejn fuq tila trasparenti.   Ġenerazzjoni din ma tafx fejn sejra, Li tħassar dawk il-linji kif nafuhom; Mhemmx raġel u mhemmx mara, iswed u abjad Li baqa’ biss biċċiet tal-jien imfesdaq.   Id-dinja qed tirbombja f’polz li jħalli Il-baħħ li leħnu sar aqwa minn tas-sewwa Kull ...
Image
  Kull Darba Jżid Id-Doża.   Qed jilgħab dik il-logħoba Bħal kelb u bħal qattus Il-boloħ qed imexxu U jirkbu fuq l-irjus.   Kuljum iżid id-doża U donnu m’għandu xejn Għarfien ta’ fejn se jasal U joħroġ ser minn fejn.   U donnu qatt ma tgħallem Tal-ġrajja l-aqwa għerf Irid jirrepetiha Inkella jmur bit-telf.   Jilgħabu qed bil-ħajja Jilgħabu qed man-nar U saħansitra ħolmu Id-dlam tal-lejl nin-nhar.   Alfred Grech 23/11/2024
Image
  Niobe.   Fuq għolja mċajpra il-ġebel sar għadam Il-baħħ iħaddan qalb lli darba kenet fjamma. Issa ma fadal xejn għajr dmugħ u dieqa u inti bla ma taf tgħum fl-agunija. Uliedek leġġenda saru l-għira tal-allat li qed jisimgħu talbek u  malajr jikkastigawk. Kulma kien sabiħ issa ċċajpar u l-wiċċ sabih li kellek, issa tkemmex. U xejn ma fadal għajr il-blat ta’ darek li jgħasar minn għajnejk id-dmugħ imwieżen. Kull nifs li tieħu fih il-ħolm tal-ħajja Kull qatra dmugħ tistqarr il-pis tal-ġrajja.   Alfred Grech. 23/11/2024
Image
  Jien Nista’ Niġi Nħabbat.   Jien nista’ niġi nħabbat il-bieb tiegħek U inti tgħidli nħabbat x’imkien ieħor, Jien nibqa’ hemm nistenna ftit tal-ħniena U dan ikun kastig sabiex nitgħallem.   Bħal fwieħa tal-inċens l-imħabba tiegħek Għalkemm qed ninċensak inin il-ġamar, l-eloġji ma kienux is-saħħa tiegħek u lanqa il-mixgħela f’lejl imnikket.   Għalhekk bħal ħolma tgħaddi u terġa’ tiġi U lill-mejtin tagħtihom ħajja ġdida, mix-xejn ix-xitla tinbet biex tinħasad u b’ħarstek tiftaħ xefaq li jitbiegħed.   Alfred Grech. 22/11/2024.
Image
  M’hemmx Ħabel Li Jsalva.   M’ħemmx ħabel li jsalva M’hemmx sodda titbandal Hemm xewqa qadima Li żżomm bejt il-ħjut.   Hemm ħabel li jiġbed Hemm xbiek bla kuluri Hemm għajn li tittawwal U tħares fit-tul.   Titkellem ma-żiffa Qalb mewġ illi jħabbar Hemm qoxra tal-baħar Tal-karti l-vapur.   Fuq baħar li jaħbi Hemm dinja li tkexkex Hemm leħen jirbombja U mimli dulur.   Hemm ruħ li qed togħnos Hemm ruħ qed tissara Maċ-ċinga tal-ħajja U mara qed tgħum.   Alfred Grech. 20/11/2024.
Image
  Trapassar.   Sa fuq l-għatba tal-kamra mortwarja Fuq il-karru li jwassal għad-dfin Imxejniha t-triq kollha  bla wqafna X’hinu dan jekk mux kiefer destin?   Għadda wkoll issa ż-żmien li niftakar Nista’ wkoll ngħid li jiena sogħbien Kulma ngħid nista’: din mhix ħlief daħna Għaliex ma baqax kollox kif kien.   Alfred Grech. 15/11/2024.
Image
  200.   Bħal bastimenti ngħumu f’wiċċ il-baħar U xejn ma jimpurtana x’jgħaddi taħtna Jew x’jista’ hemm jitlajja f’qiegħ l-abbissi, Kif lanqas nażżardaw titwila nagħtu. Aħna li qed inrewħu f’dil-bużżieqa Ma jimpurtana xejn minn dawk t’hemm barra, Lanqas kif iħossuhom dawk li telqu U tilfu dak li kien qed iħenninhom. Lanqas ma jimpurtana li niskopru X’jista’ jkun hemm lilhinn minn dan ix-xefaq Biżżejjed illi nibqgħu bħas-sufruni Nitbandlu l’hawn u l’hemm mal-mewġ tal-ħajja Ma nkunu nafu qatt għaliex tlajnihom Dal ħotob kollha ‘kk ma naqbżux ix-xifer   Alfred Grech 12/11/2024
Image
  Sibilla.*   Tbissima f’għajnejha fil-ħakma ksurija, Bħal fjamma ta’ xema tixxengel mar-riħ, Fost qtajjen u ħbula ta’ tama u ta’ dwejjaq Hi għannqet is-sewwa, pinġiet is-sabiħ.   Imdawwra bl-għedewwa, bix-xwabel misnuna, Hi għanqet il-fidi u l-qawwa tal-ħsieb, Għax hemm f’idejn Alla ix-xorti  u x-xabla Li żżarrma u tgħaqqad l-għedewwa u l-ħbieb.   U b’dik l-aħħar ħarsa, b’dik l-aħħar tislima Ħalliet il-belt tagħha fil-ħolm il-qadim, Mhux aktar fil-ħebel fil- ġawhar li jgħammex Is-saltna tas-sema fil-qub tal-bnedmin.   Alfred Grech 10/11/2024     Ispirata mix-xeneġġjat “Kingdom of Heaven” ta’ Ridley Scott.
Image
  Jien Nista’ Noqgħod Hawn Ukoll Nisimgħek.   Jien nista’ noqgħod hawn ukoll nisimgħek Bħalkieku għal darb’oħra ġietni s-sejħa Mingħajr ma lanqas nagħmel ebda mossa U nħoss li għandek ħafna x’tirrakkonta, Għalija jkun kurrent li nħalli jgħaddi.   Jien nista’ wkoll nisimgħek u nistenna Sakemm tispiċċa u nieħu nifs il-ġewwa, Minn moħħi ferrovija b’ħafna dħaħen Issaffar, tgħaddi u lanqas xejn ma jiġri.   Iżda kun af li dak li tkun qed tgħidli Iħalli radda f’wiċċ il-baħar qiegħed, Il-kliem li tuża’ u t-ton li bih titkellem Mhumiex ser jgħaddi bla ma xejn ma jiġri Għaliex minn ġewwa l-qabar tal-memorji Tissaffa r-ruħ bin-nar li jaħraq l-andar.   Alfred Grech 08/11/2024.
Image
  Meta Jofroħ Il-Baħar.   Meta jofroħ il-baħar jitla’ ħelu Ir-riħ li-qed jistieden lill-baħħara, Jimbotta ll-mewġ li jsuq sa fuq ix-xefaq U jgħatti d-dinja b’velu ta’blu safi.   F’dawk il-waqtiet il-baħar qed jitkellem B’ħafn’ilħna illi ħadd ma jista’ jwaqqaf Bil-fwar tal-fwieħa jfakkar art mbiegħeda Jiżfen mal-mewġ u jniedi ħolma fl-arja.   F’din l-għodwa l-baħar fetaħ qalbu miegħi Kull qatra nida jirrifletti l-hena Ta’ tqanqiiet il-għatx li qatt ma jaqta’ Fuq xefaq ta’ trankwillita’ moħbija.   Il-ħut jitla’ fil-wiċċ ma l-ilma jilgħab U l-ħoss ta’ ġebel ċar ikaxkar miegħi Fil-qiegħ sagramentali jaħbi dellu U bl-għana tas-sireni jagħmel festa.   U meta jorqod kollox f’siegħet l-għabex Il-baħar jerġa’ jaħbi l-ħolm li pitter Jofroħ is-skiet; jitmattar f’dieqa ħelwa Sabiex mad-dlam lli jniżżel jagħmel paċi.   Alfred Grech 05/11/2024.
Image
  Jasar Il-Jum.   Tintilef fil qerq ta’ li jidher U fit-tama tat-tagħlim Qalb iċ-ċomb tal-ħin kiesaħ Li jgħaġġel Taħdem u tfalli, tqum u terġa’ taqa’ Imbagħad tmur tqerr dnubietek u jinħafru Imdendel fuq ħabel stirat Ekwilibrista Fejn għajn qatt ma tara U tarf qatt ma ssib Jew mistrieħ.   Fis-skiet ta’ taħbit il-moħħ Mal għajja tixxutalek l-ħolm minn fuq għajnejk ix-xogħol isir bħas-sid jixrob il-mudullun tal-ħajja li kienet xi darba. U issa mqar iż-żmien sar il-qattiel Sieket, inaqqar, u jitlob aktar.   Alfred Grech 01/11/2024.