Ngħixu Qiegħdin.

 

Ngħixu qiegħdin fi żmien fejn xejn ma jibqa’

Fejn kull tifsir jinħall f’tal-aċ’du l-baħar

Filwaqt i qiegħed joħlom li se jirbaħ

Id-dittatur iħedded tmiem id-dinja.

 

It-terrorista f’daqqa waħda sploda

Ġismu sar trab u ruħu bdiet issaddad

Twemmin li twieled fih ġigħelu jiddispra

Fantażma tat-tħarbit u karba fl-arja.

 

Hemm qerda ma ssibiex fid-deh’n tal-bniedem

Hemm dmiegħa ma tifdix il-kawża tagħha,

Ta’ min lin-nies jagħmilhom qishom tarka

Għad-debħa fuq il-mitbaħ tat-tpattija.

 

Hemm bejgħ bl-irkant li taħsbu kien xi ċajta

Banana qed titħassar aħna u ngħidu

l-istorja tal-miljuni illi tfakkar

l-arti tax-xejn fuq tila trasparenti.

 

Ġenerazzjoni din ma tafx fejn sejra,

Li tħassar dawk il-linji kif nafuhom;

Mhemmx raġel u mhemmx mara, iswed u abjad

Li baqa’ biss biċċiet tal-jien imfesdaq.

 

Id-dinja qed tirbombja f’polz li jħalli

Il-baħħ li leħnu sar aqwa minn tas-sewwa

Kull waqt tistħajlu logħoba jew tisliba

Ta’ suq ix-xejn fejn qed jinbiegħ il-bniedem.

 

Tgħid għad id-dittatur buttuna jagħfas

U n-nar tat-terrosist fi xrar jispiċċa,

Jew dak ta’ ħafna flus jidħaq f’wiċċ l-għada,

Waqt li l-banana tmut, aħna nitħassu?

 

Alfred Grech

25/11/2024

Comments

Popular posts from this blog