Posts

Showing posts from October, 2026
Image
  Int Tibqa’ l-Mistoqsija Tbiddel.   Int tibqa’ l-mistoqsija tbiddel U jien ma nsibx tweġiba Il-waqt li nibda nemmen fik Tispiċċa d-dinja Neħħejt il-barrikati Irmejt iċ=ċellulari Ħarist ’l-fuq U ħadd ma kien għaddej Ħadd ma stennieni Xi ħadd iġorr toqol il-ħajja U int ma tkun taf xejn dwaru Xi darba ssir taf ismi Xi darba għad tkun lesta Mingħajr ma tipprepara Tweġba. Għad forsi tħalli fit tal-ispazju Għall-ħajja li mhix tiegħek U x’imkien F’dak il-waqt bla ma tintebaħ Id-dinja ssir ftit anqas stramba Mhux għaliex it-tnejn li aħna Tgħallimna fl-aħħar ngħixu Iżd’għaliex Għal waqt wieħed Tgħallimna kif nistgħu ngħixu Maġenb xulxin.   Alfred Grech 30/10/2026
Image
  Dan Hu Li Jżommni Ħaj.   Hu dan li jżommni ħaj: Li noqgħod ngħidlek ta’ kull jum Kemm int sabiħa. U noqgħod nipperswadi lili nnifsi Li f’dinja tal-profeti, Li f’dinja tal-kretini Għad hemm xi post għalija.   Dan hu li jżommni ħaj: Li f’dinja tal-iħirsa F’dina simulakru Għad nara lilek ġejja Imżejjna u risplendenti Tiżfen fuq id-duħħan.   Int kont saħħara li dehertli fuq l-iskrin U issa sirt id-dell Li mank il-lejl ma jġerraħ Għax tiġi bħall-leħma Xħin nibda l-karti nbexbel U naħfnek bejn idejja Bħal fewġa li tgħaddi U xejn ma jibqa’ minnha.   Alfred Grech 28/10/2026
Image
  Jista Jkun 3.   Jista’ jkun lli sirt taf bija Bla ma biss kont taf jien min jien U wiċċi sar profil Twemmini sar tikketta U jien sirt opinjoni Ta’ min ċaħadni Bla biss qatt semgħa b’ismi.   Nissielet kull filgħodu max-xjaten tal-infern Ma  dwejjaq li jaqbduni.   U jista’ jkun Li benjna swar għoljin Fortizzi ta’ ċertezza Li fihom bdejna ngħammru. Int sirt kategprija Inkella univers Bil-purtieri imġerrija U jista’ jkun li l-ewwel pass Mhuwiex illi nħabbatlek U lanqas ngħid xi ħaġa Iżda nammetti Li wara t-tieqa Hemm ħaddieħor Iktar jew anqas ikkumplikat minni.   Mhemm ebda muftieħ Li jsakkar il-kmamar. Tista’ tidħol bi tbissima Inkella b’ħafna sogħoba Drabi oħra fuq kikkra tal-kafe’ Inkella b’nota fuq biċċa karta Mhix iffirmata.   U jista jkun ma tidħol xejn Iċda tilgħallem talinqas Tirrispetta l-bieb ta’ barra.   Alfred Grech 14/10/2026
Image
  Jista’ Jkun 2   Inti għedtli li nitgħallmu Billi nintilfu Infittxu dak li ħsibna Jew li nitilfu lil min ma ngħixux mingħajru.   Jista’ jkun li l-għerf hu biss Iċ-ċikatriċi li m’għadiex tweġġa’ Imma l’għada tidher.   Kif nista’ nidħol fil-gnien tiegħek? Naqsam il-bankina? U nirkeb l-axxensur jinten bir-rħa Ta’ kwtijiet imxarrba U nuqqas ta’ paċenzja.   Naf il-ħoss tal-bieb tiegħek X’ħin jingħalaq U ngħaraf il-passi tiegħek Mit-taħbit tat-takkuna.   Naf is-skiet xi jfisser Mid-dawl ta’ kamartek Li jibqa’ jixgħel sal-erba’ ta’ filgħodu,   U inti taf liema pajjiż Iżur il-ħolm li noħlom, Liema fruntiera nviżibbli irrid naqsam Kull filgħodu Biex ngħidlek l-għodwa t-tajba.   Alfred Grech 21/10/2026.
Image
  Jista’ Jkun.   Jista’ jkun li dal-misteru Qed iżżommu msakkar ġo xi kexxun X’ikien bejn kontijiet mhumiex imħallsa U ritratti ta’ bnedmin li darba konna.   Hemm xi programm Li bi tnissel il-kuraġġ Il-ħila illi nħares fżwiċċ filgħodu u f’wiċċ ħaddieħor bla nistaqsi għal darb’oħra fejn stajt konm? Il-miftieħ ta’ bieb il-hena Jew il-vleġġa Li turini fejn għandi ndur Kull meta t-triq titneħħa Minn taħt riġlejja?   Int ejja ta’ kull darba oqgħod ħdejja Inħarsu mal-udjenza lejn l-atturi Jirreċ’taw il-hena tagħom Taħt ir-rifletturi.   U xorta f’nofs ta’ lejl Nimtedd fil-friex mal-mistoqsija Li l-ebda skrin ma jista’ jwieġeb.   U jista’ jkun li l-ħajja Mhijiex destinazzjoni Fejn għad irridu naslu Iżda sensiela ta’ sentenzi M’humiex mitmuma.   Alfred Grech 20/10/2026
Image
  Għadni nisma’ l-mużika tiegħek Għadni nisma’ l-mużika tiegħek, avolja m’għadekx hawn. Mhijiex xi kanzunetta fuq ir-radju imkella fuq cd . Huwa dak il-ħoss żgħir min taħt l-ilsien li kont tagħmel bla tin tebaħ , tgħanni xi melodia waqt li kont ħdejn is- sink , aktarx stunata, iżda konvinta għal kollox li kont sejj ra tajjeb. Il-fwieħa tiegħek għadha hawn ukoll, imma mhux fejn kont ħallejtha. Qiegħda fil-kuritur fis-sitta ta’ filgħaxija, fil-kmiem ta’ sweater li għadni ma ħsiltx, mhux għax insejt, imma għax ftakart. Xi kultant niftaħ kexxun u f’daqqa waħda kollox jerġa’ j iġi — int, ħaj ja , ti ddi mal-bieb, issejjaħli b’ismi, kif kont issejjaħli int biss. Naf li tlaqt. Alla biss jaf kemm naf. Imma d-dar għadha ma tafx b l-aħbar. I l- s- pultruna għad a t istenniek toqgħod fuq ha . L-arja għadha tistenn a leħnek. U bil - lejl, meta fl-aħħar jiskot kollox , nista’ nis i magħek — mhux xi hares , mhux xi logħba tal-moħħ — imma dik il-parti minnek li tant kienet t...
Image
  Kuxjenza.   Niggranfaw mqar ma tingiż il-kuxxjenza Xħin sibna tarf il-ħabel ta’ li tlifna Imagħad xħin tħallih jitlaq Ma jkun ifisser xen Ifisser biss li nkunu tlifna d-diwi Ta’ dak li konna nħobbu U nibdew imbassru wkoll Biċċiet mil-ħajja tagħna.   Infiequ u niftakru Imqar it-tifkiriet mod ieħor Sabiex isiru l-fonti Tal-mistrieħ Jew tal-ilma mbierek.   Alfred Grech 16/10/2026  
Image
  Klinika.   Ma jibqa’ xejn g ħ ajr ri ħ a ta l -antiseptiku Imqar jekk ħlief saqajn imsallba ma tarax Uħud fil-għera tagħhom hadd ma jlumhom Waqt li s-subgħajn jitperrċu qalb iċ-ċingi Inkella  mgħottijin star tal-ponta. Is-sabar don minn Alla Jissieħeb mal-uġih tissaportih Għaliex jekk ix-xuftejn itennu hsejjes Li ma tifhimx inkella ma tismax Ikun sar babel dal-pajjiż Tas-sliem u l-għena.   Tistenna biss li  għad imissek Biex toqbeż il-filliera bla tlaqliq   Għajnejk qed jiffissaw Fuq dak li hu sabih Inkella l’hu simetriku Biex b’hekk taljena ruħek U tistrieħ.   Alfred Grech 11/10/2026
Image
  Lil Ġoele   Int tlajt fil-għoli wisq biex nista’ nilħqek U nsibek tqil, tqil wisq biex nibda nifhmek Kliemek isarraf aktar milli jiswa’ U noħlom li xi darba nista’ nitla’ It-telgħa tal-għoljiet tal-qċaċet tiegħek. Nixtieq li jiġi żmien li nista’ noqrob Lejn dak l-imkien fejn nista’nikkuntempla Ix-xatt l-iehor tax-xmara li rrid naqsam. Kull darba li nistaqsi hix il-ħdura Inkella l-kurrent qawwi illi jġorrni Insib li jien ankrat ma dak li jiġi Mill-beraħ, li mhux mill fond ta’ ġewwa fija.   Alfred Grech 09/10/2026    
Image
  Xi Jżommni?   Xi jżommni wieqaf? Il-ħabel tal-arloġġ li jaħli lilu nnifsu U l-molla li ssuqu Li beda jtektek qabel Ma ġismi beda jħoss U qalbi tħabbat.   Xi jżommni ħaj Jekk mhux it-tama Li għada għad jofroq Mewġ l-eternita’ u jnissi Li hwnhekk m’aħniex fuq dgħajsa waħda?   Xi jżommni miexi Jekk mhux il-ħsieb Jew l-illużżjoni Li dan il-vjaġġ baqgħalu biex jispiċċa Inkella li għad iwassal Għal ximkien?   Alfred Grech O7/10/2026
Image
  Kull Filgħaxija.   Kull filgħaxija tkun bħall-aħħar lejla Allura nistaqsik kif tista’ torqod Bħalkieku l-jum ta’ wara mhux ser jisbaħ Biex ta’ kuljum il-ħajja għad trid toħloq. U lili hawn ħallini f’din id-dwejra Sabiex kull darba waħdi għad nitgħallem X’ħoss jagħmel-muftieħ fis-serratura U nibda ngħix bix-xewqa li għad tiġi Biex tixgħel qalb id-dlam ix-xewqat tagħna Fl-isfond tal-infinit imbagħad nittawlu U nxandra fuq tabella aħna min aħna.   Alfred Grech 02/10/2026.