Lil Ġoele

 

Int tlajt fil-għoli wisq biex nista’ nilħqek

U nsibek tqil, tqil wisq biex nibda nifhmek

Kliemek isarraf aktar milli jiswa’

U noħlom li xi darba nista’ nitla’

It-telgħa tal-għoljiet tal-qċaċet tiegħek.

Nixtieq li jiġi żmien li nista’ noqrob

Lejn dak l-imkien fejn nista’nikkuntempla

Ix-xatt l-iehor tax-xmara li rrid naqsam.

Kull darba li nistaqsi hix il-ħdura

Inkella l-kurrent qawwi illi jġorrni

Insib li jien ankrat ma dak li jiġi

Mill-beraħ, li mhux mill fond ta’ ġewwa fija.

 

Alfred Grech

09/10/2026

 

 

Comments

Popular posts from this blog