Inbdilt . Inbdilt? Ma tafx li nbdilt! Ħallejt il-fosdqa Il-kobba tal-ħarir Rabbejt il-ġwienaħ U bdejt intir. Ħallejt id-dmugħ iċċarċar ma ħaddejja U l-qtar tan-nida jtaqqal il-petali. Ħallejt r-riħ jobromni lix-xemx tinsini fid-dellijiet tal-uħux li jien sawwart b’idejja. Dik tagħna kienet titjira Fuq baħar bnazzi Fuq xefaq illużorju. Illum l-illużjoni ħallietni U qed ngħix lilhinn mix-xefaq. Alfred Grech. 31/12/2023.
Posts
Showing posts from December, 2023
- Get link
- X
- Other Apps
Konkwistatur. Konkwistatur għamiltni tal-art tiegħek, Imbagħad innawfragajtni bla twissija; Mhux biex infittex glorja jew il-fama Salpajt fuq dan il-vjaġġa tal-istennija. Tennejtli storja oħra t’illuħħjoni Li tfarket fuq l-iskoll tal-art imwegħeda l-imperi li fittixt fost ir-rikkezzi bħal ramel li jinġarr fuq xtajta mbegħeda. U kibru d-dellijiet qalb ħafna dubju, Jekk dan kienx pass żbajlat bħal dawk ta’ dari; Jekk dak il-ħolm li ħlomt kienx biss il-bidu Ta’ vjaġġ li jwassal biss għat-tmiem aħħari. Imdawwar bir-rovini wieqaf waħdi; Battala l-ħsejjes jidwu hawn madwari, Battala wkoll dik l-art li mort infittex, U bqajt hawnhekk niġġerra qalb ix-xahari. Alfred Grech 30/12/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Lanqas Il-Kwiekeb. Le lanqas il-kwiekeb ma Joqgħodu weħidom iħarsu. Dalwaqt it-triq ta’ San Anna u San Gwakkin Timtela bi tqnqiliet ġodda U t-teptip f’għajnejk isir sinjal Għal dan il-baħħari Ta’ bil-lejl u ta’ ħafna ħolm. Dalwaqt jaslulna aħbarijiet oħrajn Mal-barbaġanni li jindokra l-ħsibijiet solitarji ta’ tarf l-isqaq. Mil-bqija dan huwa lejl Li fih il-ħolm jgħaġġel ħafna U l-kwiekeb ma jpetptux aktar. Alfred Grech 29/12/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Predatur. Għada nsir esploratur b’għajnejn ta’seqer Infitixtek matuq ix-xefaq ta’ li ma jistax ikun Niflik min rasek sa saqajk Bħal min iridi jagħannaq art ġdida mingħajr ma jafha U jaħtaf id-dinja b’idejħ miftuħa. Dan jista’ jkun vjaġġ ġdid Li jtenni ħrejjef ġodda nkella qodma U jqanqal il-qalb tas-sejjiebi li tħabbat bix-xewqa Li ttaffi il-fjamma ta’ nar ġdid. Imqar jekk ma nħokkx max-xtajtiet tiegħek Jew ma nħawwilx l-istendard fuq ramlek Int tkun is-sejba l-ġdida fejn jorqdu l-misteri. Jekk int tixħitli ħabel jien naqbeż ngħum Inkella nixxabbat mal-ogħla sur Biex nasal sal-quċċata tiegħek. Xejn ma jnaqqas mill-ħerqa ta’dan il-predatur Li jieħu vantaġġ minn kull invit Li għandu x-xamma ta’ xi ħaġa ġdida. Islifni boxxla, agħtini fanal Biex ninfed il-velu tad-dalma tal-lejl Biex nikxef sigrieti minn qiegħ l-abbiss U nsir il-pijunier qalbieni li tixtieq tara. Alfred Grech 28/12/2...
- Get link
- X
- Other Apps
Ċertu Dwal. 2 Ċertu dwal infittxuħom aħna nfusna Joħorġu minn dik is-saltna fejn id-dellijiet Jilgħabu mal-ħitan u jiżfnu. Ċertu dwal ma jpetptux U ma jġegħeluniex nonfqu aktar. Bid-daqqiet tal-pinzell Is-sebħ ibegħed dlam il-lejl U jfesfes f’widnejna Wegħd’oħra li tbarri s-sens ta’ ħtija. Imqar li f’nofs ta’ lejl Il-qamar fiddien iżeffen Fuq wiċ il-baħar il-ħolm Ta’ sema bellusi. Ċertu dwal jikxfu l-gideb U d-dlam tagħna stess. Ċertu dwal imissuhom b’idejna. Alfred Grech 27/12/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Ħallejna. Ħallejna r-ritmi ġodda jiġru bina U l-mewġ li fuqna ġie biex ikaxkarna, Insejna t-temp u l-pass li biħ imxejna U fl-ebda waqt ma ġie min ifakkarna. Ħallejna l-fewġa ġdida ġġorna magħha U ż-żmien li kien ħabib sar l-akbar għadu, Irkibna mirkeb ġdid mingħajr ma ħsibna Li bqajna fl-istess ilma fejn nistagħdu. Insejna nieqfu ftit imqar għal siegħa Niftakru ftit fix-xtajta li ħallejna Jew nidħlu ftit f’qoxritna biex insibu Min aħna, fejn sejrin u minn fejn ġejna. Insejna fil-wiċċ ngħumu ta’ dal-baħar Mingħajr ma nkejlu l-fond jew id-distanzi Minflok għodosna l-isfel biex niskopru U vittma sirna mbagħad taċ-ċirkustanzi. Alfred Grech Milied 2023
- Get link
- X
- Other Apps
Silifni L-Għomor . Silifni l-għomor Biex nista’ mit-tieqa tal-fanal Nittawwal l-imriekeb għaddejjin Jisfidaw ix-xefaq u l-mewġ tal-ġejjieni. Sirt ix-xiħ li jifhem Il-mixi għat tiftix ta’ kull tifsira Inkella bex jiċċarrat dak l-istar Li jostor kull misteru. Is-saħħa u l-ħila ma jonqsux Kif lanqas l-isfidi tal-barrikati Iżd’issa llum jien dak li jien Spettatur għajjien li jifhem lil ħaddieħor. Alfred Grech 23/12/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Xħin Jinxef il-lostru. Xħin jinxef il-lostru Jibda jixxaqqa l-injam Id-dewl isib aktar mnejn joħroġ l-uġigħ ġol ġogi jiżdied. Ħraf’oħra din jew ħolma sajfija Ta pjumi jixxejru fuq rasna Ta’ beimba tixxengel ma pindlu nviżibbli Żeffiena trapeż tixxejjer fuq bandla Mingħajr ilqugħ. Tista’ ssejjaħlu dan sogru bla fejda Inkella logob tal-ażżard. Tinsiex li mintix għajr werqa tinġarr mir-rih Mitlufa bħal ruħ li qed tfittex mistrieħ. Alfred Grech. 22/12/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Int Lanqas Trid Tieqaf. Int lanqas trid tieqaf Imqar jekk taf lit-triq twila Imqar jekk taf li hekk Mhu sejra tieqaf qatt U lit-triq issibha Waqt li tkun miexja. Int lanqas trid tieqaf Għaliex tittama li jekk xi darba Għad tersaq lejn ix-xefaq Għad tmiss is-sema b’idek. Jien ma nafx niġix warajk Għax żmien baqgħali Daqs kull pass li qiegħed nagħmel Kul waqt hu pass ieħor Li nagħtali. Alfred Grech 19/12/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Ħallihom. Ħallihom ħa jaqdfu Jekk jafu għal xhiex Jekk jafu x’iridu Imarqa u mhumiex. Ħallihom ħa jemmnu U jibqgħu jemmnuh Jekk dak li fih jemnu Jemnuh fil-miftuħ. Jekk dan iġibilhom Tal-moħħ is-serħan F’did-dinja ta’ dwejjaq Mimlija duħħan. Għax x’jiswa’ li tikxef Tal-umanita’ Il-maskra tal-ħażen U dir-realta’? Għax tqanqal wiċċ l-ilma Jekk jifhmu ’l-xulxin U fih jirriflettu Flimkien magħqudin? Dil-ħajja qasira Trid tmur mal-kurrent Ukoll mhux ser jagħmlek l-għerf kollu kuntent. Alfred Grech 18/12/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Lil Ommi. Il-ftit kliem li ma tgħidx bħal żurżieqa Jien nixxabbat Inti tiżżerżaq Min jaf jekk fit-turmenti Hemmx il-ħsieb ta’ dak li tista’tagħmel Inkella x-xkiel li qed iżommok Marbuta fuq ir-roti? U jekk ma tafx Aħjar li ma tkux taf Aħjar illi ma nafx. Beraq biss irrid Ta’ ħsieb li jista’ jġennek. Mill-bqija tbiegħedt wisq Biex nista’ innewwel idi U Xorta bqajt ma tlaqtx. Alfred Grech 17/12/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Taqbida. Din hi taqbida Bejn dak li ridt ngħidlek Malli nqum ta’ kull filgħodu U l-ġibda li nħoss kull meta Ir-ruħ tkun trid ittir bħal ħamiema U tiġi lura. Din hi tħaqqieqa Bejn ix-xewqa li ngħidlek Dak li nħoss mingħaje ma naħseb U t-toqol tal-għaqal li jimmatura Bħan-nar inin tal-esperjenza Biex jitwieled mill-ġdid Il-feniċju mill-irmied. Alfred Grech 15/12/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
F’Liema Ġrajja . F’liema ġrajja ġejna aħna F’liema żmien Met’inti lura ġejt Bil-fanal biex turini l-trejqa. Issa għalxejn Jonfoħ fid-deżert ta’ ruħi Ir-riħ niexxief t’għereuq il-ħajja. Iż-żmien jkgħaddi għaliex Minn fuq is-sura imlewna Bil-bjuda ta’ sbieħ il-jum Kull tnehida li nibtet minn fost Dax-xahari tintilef Fi frażijiet li qatt ma tlissnu. U inti li timxi qalb il-ward tari Tal-ġnejna tagħna tintebaħ Li dan hu kollu xegħir Tal-għada. Alfred Grech. 14/12 2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Ċertu Dwal. Id-dawl tal-għajnejn Fl-iskudella tar-ras ta’min ma jarax. Għax xi minn daqqiet Ċerti dwal insibuhom biss Fil-bir ta’ ġo fina. U mqar id-dawl tax-xemgħat Fuq il-qurriegħa ta’ras ix-xbejbiet Qajla jdawwlu l-mogħodija Ta’ min hu għami. U lanqas id-dwal ipetptu Jew iċċassati fit-twieqi u fit-toroq Imżejna għal-miġja Ma jservu biex iqawwu l-qlub U lanqas biex iqarbnu bit-tama Lil min ilu li waqa’ Fid-dlam eżistenzjali. Għax xi minn daqqiet Ċerti dwal irrridu nfittxuhom Ġewwa fina. Alfred Grech Festa ta’ Santa Luċija 13/12/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Bnadar Ta’Bla Riħ Ta’ bnadar bla riħ Ta’ lwien li jilmaw Ta xemx li saħħita Tilfitha Il-barumbara battala Is-siġar bla weraq l-ilħna fgati li jirdu jgħannu iżda udjeza m’għandhomx Għax għar-riħ li ma jridx jofoħ u r-ruħ li hi bla sabar ma hemm ebda kliem li jista’ jqanqal. Alfred Grech Nofs il-lejl 12/12/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Dementia. Mhux li ħadd ma jridi jaf bik Imm’inti mort inħbejt fi kjostru U l-pis tiegħek itaqqal lilna lkoll, F’daż-żmien fejn ħadd ma jemmen Fil-mantra tal-maxtura F’daż-żmien fejn kulħadd bieżel U ħadd ma jrid jistenna. Mhux li ħadd ma jird jaf bik Imm’inti bdilt l-intonazzjoni Ħallejtna wrajk u tlaqt inkiss inkiss Mingħajr ma sellimtilna. Biex issa sirt mafkar Għal min ikun għaddej Biex turi fejn tispiċċa Il-ħrafa tal-idjota. Alfred Grech. 09/11/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Int Għedtli. Int għedtli: Giegħlni noħlom! U jien kas ma tajt xejn, Bħal tfajjel ta’ bla għaqal Bqajt ċass u bejn ħaltejn. Int għedtli: żommli jdejja! Sejrinmanafx lejn fejn, Insejt li l-pssi tagħna Il-kejl għalina t-tnejn. Insejt li r-riħ li jonfoħ Jogħollina ’l-fuq mis-sħab Bħal petali ta’warda Iħorr ukoll mat-trab. 08/12/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Innocence. We never knew where we were going As if there was no end in sight; Accepted every day the challenge And what we did was always right. We never thought about tomorrow, We thought to day was all we had, That we could garner good sensations And make a treasure of the bad. We didn’t know that we were growing, That the mystique will soon gone; That there were shadows round the corners, That in the fray we’ll soon be thrown. We didn’t know where we were threading, With every stroke,with all the pain, We took it alla as it all happened And never asked where was the gain. It was the time when we were angels When it was heaven, joy intense; It was the time when were singing The happy song of innocence. Alfred Grech 08/12/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Imqar Is-Sensazzjoni . Imqar is-sensazzjoni Mhux biss il- ġilda drat Ir-ruħ u qalb għajjiena Tinfileġ b’ħafna swat. Mhux biss trid toħloq dinja Biex terġa’ tieħu r-ruħ Jew tfittex tifsir’ oħra Għal dak li mhux mismugħ. Tkun trid mhux ftit tal-ħila Biex terġa’ tibda l-jum U tibqa’ sakemm tirbaħ Il-ħedla ta’ kuljum. Imbagħad xħin tibda tgerger Għax tinsa dan mhux għajr Il-ħoss tal-pieżija Li jidwi, tiżżi ħajr. Alfred Grech 07/12/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Baħħ Jiblagħni. Il-baħħ jiblagħni Xħin nilmħek ġej quddiemi Tinkwina l-arja. Il-bard jaqbadni Xħin nilmaħ Dik il-ħarsa ta’ fuq wiċċek Tqanqal fija l-għadab ta’kelb muġuħ Il-qilla ta’ lupa mġewwħa. Jisgħobija mhux tan-nuqqasijiet Iżda għaliex Jien stajt mill-bidu nett Ngħaraf it-tmiem Qabel ma jasal. Alfred Grech 06/12/2023