Taqbida.

 

Din hi taqbida

Bejn dak li ridt ngħidlek

Malli nqum ta’ kull filgħodu

U l-ġibda li nħoss kull meta

Ir-ruħ tkun trid ittir bħal ħamiema

U tiġi lura.

 

Din hi tħaqqieqa

Bejn ix-xewqa li ngħidlek

Dak li nħoss mingħaje ma naħseb

U t-toqol tal-għaqal li jimmatura

Bħan-nar inin tal-esperjenza

Biex jitwieled mill-ġdid

Il-feniċju mill-irmied.

 

Alfred Grech

15/12/2023.

Comments

Popular posts from this blog