Posts

Showing posts from July, 2024
Image
  Drag Queen.   Ħadd ma fehem il-fwieħa Tal-abbiss iswed dagħwa U ħadd ma ntebaħ bl-uġigħ Tal-gomma bejn is-snien. Tirtogħdu riddtu Waqt li triegħdu. Il- mogħoż u nagħaġ l-udjenza tagħkom Rieqdin fil-ħmar il-lejl Taħt sema ta’ bla qamar Taħt xita qliel Filwaqt li għal lejl wieħed Għannaqna ġenbejkom U ħassejna it-tkexkixa tas-silġ.   Bejn l-irtokk u l-ħarsa Kien hemm fergħa niexfa Li xtaqgħet twarrad fil-mard Ta’ qlub adulteri.   Fil-ġnien tal-agunija Għemilkom dejjem jiżloq U d-demm ibaqbaq fil-vini tagħkom Għandu t-togħma tal-mewt.   Alfred Grech 30/07/2024.
Image
  193.   U ma jkun ġara xejn jekk insib ruħi In-naħħa l-oħra bla ma l-bieb inħabbat Inkella jekk il-qabża bla tħabbira Issir il-frejgatina illi biha Insib li qsamt ix=xmara għan-naħħa l-oħra. Hawnhekk fis-skiet ta’ din is-solitudni Aktarx li mank nintebaħ illi l-mixja Fi tmiemha waslet. Lanqas ma tistaqsi Min huwa dal qaddief li se jwassalni Jekk waslet hawn fi tmiemha din il-ħrafa. Nixtieq li ma nkunx waħdi illi naqsam Il-ħeffa tat-traġitt mingħajr titjira u nemmen li jekk inti tnewwel idek Ikolli ftit tal-wens ma  din il-qabża.   Alfred Grech 28/07/2024
Image
  Ta’ Ċenċ.   Imtaqqal is-sema bis-sħab Il-ġisem tassew ilsir Taż-żmien li qed igerrem Imma r-ruħ qatt. L-ebda qrara ma twieżen dan it-toqol Imqar it-tpespis tal-għasafar Ma jrejjaqx ix-xewqat tas-skiet.   Inżul ix-xemx jista’ jkun bla xefaq Imbagħad ikun il-gawwi Li jġorru fuq ġwenħajħ.   U jista’ jkun li ruħi mimlija bit-taħdid. Bla sabar il-qiegħ tas-solitudni. Għad-dell ta’ xi menħir jirgħu t-tamiet fierħa Li għad xi darba tibqa’ mfakkar Bi kliem imnaqqx ġewwa ż-żonqor. Hemmhekk issib is-serħan tagħha Ir-ruħ bla lġiem.   Issa li s-seħer għadda Tista’ terġa’ tibda tkellimni.   Alfred Grech Ta’ Ġenċ 25/07/2024.
Image
  Din Hi Daħna .   Din hi daħna li tieħu kull għamla Din hi ż-żlieġa li tgħatti l-għajnejn Din hi l-brimba bil-ħjata ta’ ħolma Din hi ħrafa tintemm ma nafx fejn.   Dina karba li tislet tqanqila, Dina logħoba fost ħafna logħobiet Din funtana li tfawwar u tmewwet Dina l- għanja ta’ ġrajja l-għaddiet.   Ħalli niksbu matul din il-mixja l-infinit x’ħin infittxu bl-appoċċ, Don Quixote ifittex il-glorja B’ritmu sfiq li jiddetta l-arloġġ.   Alfred Grech 25/07/2024.  
Image
  M’Hemmx.   M’hemmx li toħroġ mill-ġisem Dir-ruħ li firxet ġwenħajha U kissret il-ktajjen tal-jasar, Tal-ubbidjenza, tal-indifferenza.   M’hemmx li toħroġ mil-fosdqa U togħola u tilħaq is-sħab ta’ fuq nett Fuq liema issalpa u toqrob Lejn xefaq l-infinit.   M’hemmx li tokrob u toħroġ minn sidirha L-karba tal- weġgħa tal-mewt li tisfida u tofroq u tinfed il-widnejn ta’ min ma jismgħax.   M’hemmx! Iżda’hawnhekk fuq dan l-iskoll Iżolat jien għadni nitgħawweġ U nisfida Lil-min ma jgħajja qatt.   Alfred Grech 24/07/2024.
Image
  Bħal Meta Tqum Filgħodu.   Iżda bħal meta tqum filgħodu U s–sejħa tiegħek taqtali l-aptit U l-moħħ jintilef it-toroq iserpu Ii baqgħali fl-għażla tiegħi.   Iż-żiffa tar-rewwieħa Bħal tama artifiċjali Illużjoni li ddub Fid-sħana tax-xemx Luljana Li tqawwi l-qalb Għal ftit tal-ħin.   U kliemek bħan-nida ta’ filgħodu Bħal x’ħin joqrob id-dlam tal-lejl X’ħin tħoss ġo fik battal U taf li m’għandek ebda skuża.   Alfred Grech. 21/07/2024.
Image
  Waqt Wieħed 3.   Din ġrajja  ta’ tajra tittajjar Din mewġa fil-baħar tas-skiet Waqt wieħed mill-ħajja ta’ dejjem Aħbar ta’ xi ħaġa l-għaddiet   Dan waqt li tiftakru għall dejjem Li jwassal sal-estremita’ Jew kelma li teħles mill-jasar Essenza tal-eternita’.   Għaddej minn ġo mina ta’ ħemda Jew riekeb fuq karru taż-żewġ Madwarek il-bosk qed jinħaraq Taħt qamar li jilma mal-mewġ.   Alfred Grech 17/07/2024.    
Image
  Waqt Wieħed.   Minn fuq l-artal tal-blugħa Ejja nqaddsu dan il-waqt, waqt ieħor minn sensiela li ma joqgħod fi ħdan l-eternita’.   Ejja nieqfu u ma nibqgħux Ninġarru mal-widien Bħal bċejjeċ tal-iskart U kollox għall-li kien.   Dan huwa l-waqt li ser inġorru magħna fil-wisa’ ta’ bla truf dil-ftit rgħawa li tirgħa fil-wiċċ għaliex sakemm  tispiċċa tirrakkonta issib li kollox kien inbidel u mnalla jkun dal waqt ta’ riflessjoni sabiex nintebħu li kollox imbuttat mill-mutur ta’ xi twemmin li kollox joqgħod sew fl-ilbies ta’ dak li nemmnu.   Alfred Grech 16/07/2024.
Image
  Dil-Ħajja.   Dil-ħajja bħal tajra tittajjar Jew għanja li tfittex is-skiet, Waqt wieħed minn ġrajja ta’ dwejjaq Tifkira ta’ mewġa l-għaddiet.   Dil-ħajja waqt wieħed għal dejjem, Tqanqil li jħallik stupefatt, Biss kelma teħilsek mill-jasar, Ma ssibx oħra bħala, żgur qatt.   Tħeżżiża li biddlet id-dinja, Tkexkixa li tħoss dak il-ħin, L-essenza ta’ xi melodija Tifrixlek it-triq tad-destin.   Madwarek infern qed jinħaraq Ġo fik hemm minjiera tas-skiet Il-qamar li jilgħab mal-baħar Din ġrajja li għada mank bdiet.   Alfred Grech. 15/07/2024.
Image
  Tinsiex.   Imqar jien għamejt fid-dawl tax-xemx Il-vulkan irrimetta tqanqilet primordjali U kliemek bħal vleġeġ jinfduni Iżda ż-żiffa li tonfoħli Tħalli fuq ħaddeja traċċi tal-ġjaċint. Tisfir il-grillu jofraq i-ċpar Bħal pruwa ta’ dgħajsa fil-bnazzi Filgħdu l-weraq jistembħu Bit-tqala tan-nida li mejlithom. Iżda tinsiex li l-vleġeġ tiegħek Jgħaddu minn ġo fija.   Alfred Grech. 13/07/2024.
Image
  Nixtieqek .   Nixtieqek li tg ħ annili g ħ a n ja ġ did , Dik l-għanja illi tnessi ta’ filgħodu Id-dwejjaq u li tonfoħ ftit taż-żiffa Li tferrex iż-żerriegħa f’dawk l-inħawi Fejn qatt ma jikber xejn: deżert ir-ruħ.   Nixtieq li nisma’ l-għanja matutina, Biex tqajjem min din ngħasa l-mejtin miexja, Dik l-għanja trijonfanti bħal tal-anġli Li tgħolli ftit l-ispirtu minn dal madmad, Mit-tajn u l-iskwallur li fih twelidna.   Alfred Grech 12/07/2024
Image
  Lil Patrick.   Għalxejn inħambqu jien u int ħabibi, Leħinna ma jasalx fejn għandu jasal, Hawn wisq għajjat, tgeżwir, twerżieq itarrax Biex wieħed jista’ jagħżel ton minn ieħor.   Għalxejn terraqna din it-triq weħidna It-tiq tal-ħsieb u tal-emarġinati, Mexjin fil-ħmar il-lejl fl-imkien mal-kotra Qalb folla tas-sonnamboli misjuqa.   Ma jfeġġ ebda sinjal biex f’daqqa waħda Titgħeżżeż l-art inkell jqu xi riefnu Biex forsi għad xi darba dawk jintebħu Bl-abbis li b’ħalq miftuħ qed jistenniena.   U x’jibqa’ jekk il-fidi mbagħad nitilfu Li dal-pajjiż xi darba għad jiġi f’tiegħu.   Alfred Grech. 10/07/2024.
Image
  Jekk Jiena G ħ amejt. Jien g ħext il-ħemda tiegħek Fid-dubju jekk nafdakx, Il-poeżija tidwi Ġullar li ma jdaħħakx.   Ma bqagħalix żmien x’nitlef U sirt ossessjonat, Għax kont imdorri nimi Fuq ħabel issikkat.   Kont tgħidli biex niftakrek, Nixtieqek mhux kif int, Għalhekk kif ridtni noħroġ Minn dak il-labirint/   Kif ma naqax fil-muta? Jekk issa wkoll għamejt Fil-poeżija l-għana Li jien qatt ma għannejt.   Alfred Grech 07/07/2020.
Image
  Gehinnom.   M’hawn l-ebda ġ enna f’dan l-ispazju Batut u iffullat bil-li ġ ijiet u n-numri Konflagrazzjoni ta’ nirien il-firda. M’hawn l-ebda warda li twarrad u tmut fid-dell Tal-bini g ħ oli wild il-log ħo b bl-im ħ u ħ U xog ħ ol ta’ bla fejda. G ħa x hekk riedu it-t i tani li belgħu saħansitra l-gebel U rrimettew l-allat. Id-duħħan taraħ biss Meta naħarqu fuq il-miżbla U ċ-ċpar ta’ filgħodu jgħib Xħin toħroġ kristallina ix-xemx minn wara x-xefaq. Sidri kamp tat-taqbida għajnejja għadira dmugħ u sirt ma nagħrafx jum mil-lejl, qed negħreq fil-baħar tax-xewqat u ngħanni bħar-riżinjol. Imqar id-dawl issa ndifen Taħt il-ħsejjes tal-inġenju Stampat fuq il-qatran tat-toroq Inkella fil-konkrit tal-bini għoli. Il-kotra titħawwad fl-ispazju mudlam Tal-irħula maħnuqa u fgati Ikun jonqos biss Tfarfira tal-qtar tal-ilma mbierek Minn fuq xfar l-għajejn. Fi sbieħ il-jum, ix-xemx tistaħaba bil-mistħija Tal-oxxenita ta’ bini bl-...
Image
  Ma Nħarisx F’Għajnejk.   Ma nħarisx f’għajnejk Għax nibda nagħraf lili nnifsi U fid-dalma tal-lejl inħoss Iż-żiffa ħelwa li twaddabli. U din tista’ tkun għanja oħra Ma dawk tal-kor stunat Li jnebbaħ dak li jiġri. Imbagħad meta nisma’ t-tfesfis Widnejja jittarxu Għaliex il-qiegħ ibeżżani Għalhekk nibqa’ ngħum fil-wiċċ Mingħajr ma nħares U jdejja jiktbu bl-addoċċ Għax insir għama. Din tkun l-aħjar għanja Għax għandha ntonatura Ta’ min twieled bla ħjiena. Kliemek xkora riħ Imbagħad xħin ġejt quddiemek Sirt statwa tal-melħ. Fis-skiet biss stajt nibda nifhem Għax il-bqija kien tweżieq   Alfred Grech 04/06/2024
Image
  Il-Mixja tas-Sonnamboli.   Lejn tarf l-irdum resqin bla ma nintebħu, Għajnejna miftuħin, deħlin għaliha; Mixjin reqdin bla nafu fejn se naslu, Bit-tama li fil-bogħod hemm l-art imwegħeda.   Irrid reġistru kbir għal dawn in-numri Ta’ r-rjus u tal-uċuħ li dejjem jikber Tan-nies li jiffullaw it-toroq tagħna, Tal-bini li bla rażan qed iħarbat Il-beraħ kristallin ta’ dawn il-ġżejjer, Tal-pjazez iffullati u toroq fgati B-imwejjet siġġijiet mank tista’ timxi Imbagħad issib li lanqas art ma fadal Fejn tista’ tmidd riġlejk jew tippassiġġa.   Bħan-nemel nimxu wieħed wara l-ieħor Fis-saltna tas-sonnamboli noħolmu Ħolm ikraħ, ħolm imħawwad taħt xemx tisreġ Bla nqisu jekk jiflaħx din it-tagħbija Is-saqaf li xi darba għad iċedi. Ikun jeħtieġ fotografu li jiġbed Ritratt ta’ dal kollass spettakolari, Resqin, mexjin flimkien deħlina għaliha Mexjin wara min kliemu hu nixxiegħa Wegħediet li ma jseħħux, bżieżaq jinfaqgħu, Reqdin mexjin u ssib lill-min jippriedka Iż-żieda u t-tkattir f...