Jekk Jiena Għamejt.

Jien għext il-ħemda tiegħek

Fid-dubju jekk nafdakx,

Il-poeżija tidwi

Ġullar li ma jdaħħakx.

 

Ma bqagħalix żmien x’nitlef

U sirt ossessjonat,

Għax kont imdorri nimi

Fuq ħabel issikkat.

 

Kont tgħidli biex niftakrek,

Nixtieqek mhux kif int,

Għalhekk kif ridtni noħroġ

Minn dak il-labirint/

 

Kif ma naqax fil-muta?

Jekk issa wkoll għamejt

Fil-poeżija l-għana

Li jien qatt ma għannejt.

 

Alfred Grech

07/07/2020.

Comments