Jien Bħalkom

 

Jien bħalkom: bużżieqa arja fuq wiċċ l-ilma

U nħossni minn ta’ ġewwa  mħallat magħkom

Ma kull ċaqliqa nħossni tiela' u nieżel

Aktarx  li hekk ifisser tgħix il-ħajja

 

 

Jien bħalkom, riħ li jonfoħ mingħajr mira,

X’ħin tgħaddi l-mewġa tiegħu xejn ma jibqa’

Lanqas sinjal ma jħalli minn fejn jgħaddi

Lanqas xi għelm imnaqqax ġewwa ż-żonqor.

 

Alfred Grech

06/11/2025

Comments

Popular posts from this blog