Posts

Showing posts from May, 2024
Image
  Il-Kotra.*   U l-kotra qamet f’daqqa – u għajtet “jien maltija! Miskin min ikasbarni – miskin min jidħak bija”   U l-kotra timxi wara taż-żummara Imqar jekk taf li dan qed jidħak biha U ħalfet illi tibqa’ żżomm twemminha Imqar jekk ma kienx baqa’ tama għaliha.   Għaliex? Għaliex il-merħla dejjem sabet L-għoġol tad-deheb li lilu trid tadura, Imqar jekk taf li xejn m’hemm wara x-xbiha Bħal ħmar li jwebbes rasu u ma jdurx lura.   Jien xtaqt li nara ’l-Malta ta’ wiċċ wieħed Lilhinn minn dawk l-għefiered li firduha Malta Maltija temmen fiha nfisha U mhux fl-allat tat-tafal li ġarrbuha.   *B’apoliġija lil-Rużar Briffa li tiegħu huma l-ewwel żewġ versi.   Alfred Grech 29/05/2024
Image
  Ħadd Minnhom.   Ħadd minnhom lanqas inti Ma ntbaħtu x’inhu għalija Is=skiet ta’ mitt-elf sena Il-wisa’ tal-eternita’ Mingħajr bidu Mingħajr tmiem. Il-ħtieġa tikber aktar Meta toqrob lejn id-dell Divin fuq din l-art Fil-bitħa ta’ palazz il-ħemda Li minnha xejn ma jista’ joħroġ.   Dik ma tidher qatt aktar Bħal enigma bilqiegħda Fuq tronn imperjali U tidher biss bħal kewkba Quddiem il-korteġġjani Kull meta jiftlilha Jew meta hi stess issejħilhom Biex iċċapċpu.   Alfred Grech 27/05/2024
Image
  F’Ħoġor L-Għolja.   F’Ħoħor l-Għolja Fassal il-proġett U l-proġett kien jiswa’ l-flus Il-proġett jirrendi l-flus Kollox mill-ġabra tal-fidili.   Ried jagħmel il-flus Biex ifassal proġetti oħra Għax hekk iddur Ir-rota tat-twemmin U xħin lesta l-proġett Ried jibqa’ jissemma’.   Ikun għalxejn li terġa’ ttenni “Laudato Si” Ġħax hawnhekk mhux bil-ftaħir Għax xorta jogħla l-gru Nimlew dir-roqgħa art bil-konkos, L-aqwa li ddur il-magna U l-fidili jkollhom għalxiex jiġu U l-fidli jkollhom fhiex jehdew.   Alfred Grech 25/05/2024
Image
  Tista’ Wkoll.   Tista’ wkoll tmur lura Għal bnazzi ta’ sema ċar U l-bews ta’ fewġa’ bnina.   Jista’ jkun ukoll li toħroġ Mid-dam tal-kuruturi U terġa’ għal darb’oħra Fi ħdan In-nies ħanina.   U tinsa’ wkoll il-gwerra Tkeskisa tas-setgħana U tgħix għal ftit waqtiet Il-barka li kienet għalina.   Alfred Grech 26/05/2024 
Image
  Xi Jfisser?   Xi jfisser li qed tg ħ ix Jekk int ma tmissx il-kwiekeb; Ir-riedni mhux f’idejk Ta ż - ż iemel li tkun riekeb ?   Xi jfisser li qed tgħix Jekk int ma tħossx il-ħtieġa Li tislet xrara nar U tqabbad il-ħuġġieġa?   Tkun wieħed mill-oħrajn Fil-bitħa tal-ilsiera, U timxi bla ma tara U tibqa’ fil-filliera.   Alfred Grech 22/05/2024
Image
  Kif Dejjaqna.   Kif dejjaqna kif qażżiżna Kif xebbana dan it-temp Aħjar xemx inkella xita Jew xi riefnu fil-maltemp,   Milli dan, kull għodwa tisbaħ Kollha ċlampu kollha ċpar, Tqum stordut ma tafx fejn sejjer Hux bil-lejl jew hux bin-nhar.   Alfred Grech. 18/04/2024.
Image
  Nerġa’ Nfittex.   Nerġa’ nfittex dak is-seħer Ta’ min m’għandux għax jaħseb, Il-loppju li jraqqadni In-ngħas ta’ dak li jinsa’                    Il-logħoba ta’ tfuliti Il-Logħob li qatt ma lagħabt.   Nerġa’ nfittex dak is-seħer Tar-riħ tal-majjistral Iż-żiffa illi tiżfen Fil-wita’ tal-għoljiet Il-passi tiegħi qodma Xħin nimxi fuq is-sħab.   Ta’ xemx li trid tistaħba Tal-ħlewwa fil-qartas Imdendel ma xi siġra Bil-pinna u bil-klamar.     Alfred Grech 17/05/2024.
Image
  Setgħet Kienet Isbaħ.   Setgħet kenet isbaħ l-għanja tiegħi Għalkemm stordut u għajjien f’din l-għodwa mċajpra. Mhuwiex it-temp li jislet din il-karba Lanqas ta’ qtigħ il-qalb mantra mtennija. Hu biss fil-kondutur Fil twil, irqiq u issikkat Ekwilibrista li jistona Għal għajn in-nies dil-maratona. Qasira din l-għanja Bħal kull għanja Ħierġa minn jeddha Mingħajr tiġbid U mbuttatura.   Alfred Grech 15/05/2024.
Image
  192 .   Setgħet kienet aħjar u ħarġet isbaħ Din l-għanja li mhijiex tnewwieħ l-iwiefen, Għakemm stordut u għajjien f’ta’ Mejju l-għodwa Mhuwiex it-temp li jislet din il-karba. Lanqas il-qtiegħ il-qalb li l-mantra jtenni; Hu biss il-fil li fuqu sibtni miexi Fil twil u issikkat t’ekwilibrista Ta’ ċirku klawstofobiku u jistona. Hi biss għal għajn in-nies dil-maratona. Qasira din il-għanja bħal quċċata Tqanqila ta’ xewqat u mewġ il-baħar Filli fil-għoli, filli f’qiegħ l-abbissi U terġa’ tqum filgħodu u bħal tixtieqk Li rġajt sirt tfal mill-ġdid, ser terġa’ tibda’.   Alfred Grech 15/05/2024
Image
  191. Allura int ukoll sirt fastidjusa Tippoża qisek warda biex tinqata’, Sehemek li ssod l-ilpup inkella tpaxxi Lil min f’xi ħin jew f’ieħor miegħek jaħbat. Ma tagħmel ebda dnub jekk titlob lura Il-ħlas li jkun jistħoqq lil kull min jaqdi. Biss jiena ngħid, aħjar li ma ltqajtx miegħek, Biex noqgħod ngħum f’dan l-ilma fejn qed jgħumu Ulied l-allat, mitluf fl-irkejjen suwed Fejn jidwi hemm dak l-għana li hu mħallat Mad-diwi sedizzjuż misjuq mir-rwiefen, U negħereq f’dan il-mewġ fejn ħadd ma jisma’: Nixtieq inqum filgħodu u ngħix għal dejjem, Nixtieq norqod u qatt ma jisbaħ l-għada.   Alfred Grech 12/05/2024
Image
  Fi Strada Rjali .   Dawn huma vrus indeċifrabbli, qalu, Xħin ġew biex jaqtgħu linja ta’ ġrajjiethom Bit-tmiem immitiżżat għax kienu waslu Sal-qiegħ mingħajr ma ntebħu x’kienu qalu. Lilna profeti foloz ittimbrawna Tal-aħħar żminijiet biex reġgħu ħolqu Ċirku vizzjus li fih innawgrawna. U ħolqu alla ġdid fit-tabernaklu, Quddiemhu setgħu jinżlu għarkubtejhom Xħin intebħu li kollox kien mistħajjel. U b’hekk, issa, kull meta jitlef leħnu Maż-żernieq is-serduq jibdew iwerżqu L-ilsiera illuppjati biex iħarbtu Li baqa’ mis-sbuħija u mill-ħlewwa Ta’ din l-art, l-omm li tagħtna isimha.   Alfred Grech 09/05/2024.
Image
  Bukkett Ward*   Bħal bukkett ward dal-versi qed noffrilek Fil-jum li żort il-gżira ta’ twelidek Mogħnija bl-aqwa ġieħ u l-ogħla stima Għassiesa ta’ kull siwi f’artna ħielsa. Int issa sirt l-għamara tal-istorja Mirquma ta’ dal-ġżerjjer fejn il-baħar Tal-art irodd u jħażżeż il-konfini. Wild Gawdex int, bl-għeruq ta’ ġens li bata’. Trid tkun fanal li jixhel u li jwennes, Sehemek bla qies ikun u b’qalb miftuħa Kull sfida tilqa’ tul il-vjaġġ imdieheb Fuq l-ogħla tarġa tlajt bla tħares lura Biex ta’ dal-poplu l-ġrajja tħalli l-marka. Qed nara dawl fl-irkejjen tal-istorja Fuq wiċċk it-tbissima li trid tgħaqqad Żmienek ikun il-ħames snin ta’ barka Imqar jekk għad jittabba’ b’xi tħaqqiqa. B’idejk miftuħa tilqa’ l-istedina Li fassal id-destin, wild il-ġejjieni F’tal-lum il-ħolma ssawwar suret għada Li jixraq lil din l-art; hekk Alla magħna.   Alfred Grech 06/05/2024.   *Lil Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, fl-okka...
Image
  190.   Jitkellmu bit-tħaxwix tal-bosk is-siġar Dwar ilwien u ħlewwiet bla sfumaturi Fejn darba l-ferħ kien jimla’ baħħ l-ispazju U jonfoħ diwi ġdid fi qlub minsija. Ix-xewk tas-swied il-qalb liż-żomqor jigref Fejn it-tamiet bħal weraq tal-ħarifa U l-qalb serħan trid tfittex, imqar balzmu Li hu tmellis fis-skiet ta’ ħemda mqanqla. Iżda fi ġnien is-skiet in-nifs tal-għabex Iqanqal ħsieb il-mewt wild il-misteri. Iżda x-xrar jibbrilla f’żernieq irħor Li jikser fil-maltemp tal-lejl is-saltna; Għaliex lilhinn mil-lejl hemm ħolm jibbrilla U mqar fl-eqqel tal-lejl il-kwiekeb jiddu.   Alfred Grech 27/04/2024
Image
  Niżżeffen Ma Kull Mewġa’.   Niżżeffen ma kull mewġ Nixxejjer ma kull riħ, Inħoss il-polz tal-ħajja U nibda ngħix bis-sħiħ.   M’għadnix fellus ifaqqas Inkella gladjatur, Imm’aħna ta’ li aħna U sehemna nagħtu żgur.   Mulej agħtini s-saħħa Li nsebbaħ ta’ kull jum, U ngħix minn jum għall-ieħor Xħin naqa’ nerġa’ nqum.   Alfred Grech 07/05/2024.
Image
  Aħjar.   Nixtieq li ma jkun qatt li tibqa’ sejra Dix-xmara, ma tieqafx u dejjem tbiddel Jekk tieqaf għal waqt wieħed bla tiżgarra Issib li mqar id-dinja daret dawra.   Qatt ma jispiċċa ż-żmien fejn tista’ tqatta’ Sigħat bla taħseb xejn u lanqas tfassal Ġejjieni ieħor, taħseb li xi darba Għad tista’ tbiddel żrara milli ġara.   Għalhekk, qalil minn sawwar din il-ħajja Jew qassam dak iż-żmien li darba seraq, Aħjar ma ħoloq xejn, dak li kien baqa’, Dil-ħolma ma ħlomniex u qatt ma smajna.   Alfred Grech 05/05/2024.
Image
    Tranżizzjoni.   Hemm barra d-dinja ddur bla ma tintebaħ Li hawn fis-skiet iseħħ waqfien mill-ġlieda Madwar dawn il-ħitan tinħass il-barka Kull xħin il-wiċċ tal-mewt bil-mod jitfaċċa.   Hemm ħlewwa u hemm sbuħija fl-istennija U l-laqgħa wiċċ imb wiċċ tkun aħħarija; Hemm dinjita’, hemm skiet u hemm tgħannieqa f-għeluq kapitlu ieħor ta’ dil-ġrajja.   F’xi ħin trid tlesti ruħhek, il-lejl wasal, U din tkun it-tweġiba ta’ kull sejħa: Ħaddan is-sliem ma nżul ix-xemx li wasal Għax l-aħħar huwa dan ta’ kull taqbida.   Alfred Grech 02/05/2024.