Ħadd Minnhom.

 

Ħadd minnhom lanqas inti

Ma ntbaħtu x’inhu għalija

Is=skiet ta’ mitt-elf sena

Il-wisa’ tal-eternita’

Mingħajr bidu

Mingħajr tmiem.

Il-ħtieġa tikber aktar

Meta toqrob lejn id-dell

Divin fuq din l-art

Fil-bitħa ta’ palazz il-ħemda

Li minnha xejn ma jista’ joħroġ.

 

Dik ma tidher qatt aktar

Bħal enigma bilqiegħda

Fuq tronn imperjali

U tidher biss bħal kewkba

Quddiem il-korteġġjani

Kull meta jiftlilha

Jew meta hi stess issejħilhom

Biex iċċapċpu.

 

Alfred Grech

27/05/2024

Comments

Popular posts from this blog