Kien Ħieles. Ħieles kien b Kien Ħieles. Ħieles kien bħal farett li jrid jittajjar Bil-mod mill-fosdqa ħareġ sbieħ il-għodwa, Is-sema kien miftuħ, nixxiegħ tgelgel Pass, pass fuq il-ħaxix, kien jimxi ħafi. Pitazz li għadu vojt, xefaq iberraq, Il-fjamma illi tixgħel fl-aqwa tagħha Kien żiemel illi sab fejn jista’ jimraħ. Mhux mill-uġih ġie jibki f’din id-dinja Iżda mit-terrimot ta’ nifs u spazju. Wiret ir-riħ u tul il-mixi tiegħu It-triq bdiet tmejjel rasha hu u jimxi. Il-mixi ta’ kuljum, arloġġ itektek Il-ktajjem bdew jankrawħ, ħadid jissaddad, Id-dlam fuq il-ħitan, il-griż tas-sema Malajr sar dak l-iljun magħluq ġo gaġġa. Sikkina ma taqtax, siġra milwija Għax għażel iż-żarbun minflok il-ġwienaħ. Minflok titjir glorjuż, għażel il-mixi, U l-jiem kantun fuq ieħor jgħattu s-sema. Issa, siġġu jitbandal hdejn xi tieqa, Għax kollox sar duħħan, xejn ma kien baqa’ Il-kotba fuq l-ixkaffa kollha susa, ...
Posts
Showing posts from May, 2025
- Get link
- X
- Other Apps
Epithalamion g ħal Maria u James (Għanja taż-Żwieġ) F’din l’għodwa ta’ Mejju Il-fjuri jinfetħu Taħt xemx dejjem tiddi Ħlief dawl ma tarax. Marija li tersaq U James qalbu joffri It-tnejn jgħiu “iva” Li ma jispiċċax. F’għajnejhom il-ħolma Għasafar li jgħannu Din għanja li ħierġa U ma tispiċċax. Tgħaqqadhom il-mewġa Ta’ ġmiel u ta’ saħħa Nixxiegħa li tġelġel U li ma taqtax. Fis-sewwa, fid-dnewwa Iż-żmien ġmiel u għaqal Imżejjen b’kull wegħeda Li ma tintriġax. Kull pass isir żifna Kull triq tkun imżejna Kull ġrajja miktuba Li ma tinqarax. Alfred Grech 16 ta’ Mejju 2025 Għalikom din l-għanja Li tibqa’ mtennija F’kull rokna ta’ diwi Li ma jinsetmax Għixu l-għanja tagħkom dejjem, F il- ħlewwa, f it- tama, f il- fidi li tbaħħar , Maria u James, f’d i n l-għaqda safja, Li Alla għ o ġb u jbierek bla waqfien. Alfred Grech...
- Get link
- X
- Other Apps
Qabar. Miktub fit-trab, miktub ukoll fil-ġebel, Hu biss il-qawl magħluq f’kexxun imżejjen, Tat-tmien il-ħalq meħjut u l-aħħar kelma Mitbuq b’ħaxix ħażin u dawl il-qamar. Kull qabar hu tfesfis b’ilbies formali, Benniena li minn ġewwa għal barra nqalbet, Li fiha mhux il-ġisem iżda d-diwi Ta’ l’isem li lissinna mbqagħd ħallejna. Hawnhekk is-skiet ħa l-għamla tar-ringiela Bħal kotba qatt ma nqraw ta’ fuq l-ixkaffa, Uħud jinsew, oħrajn itennu talba, Oħrajn imbikkma għadhom fit-tifkira. Mingħajr lukkett hu l-bieb, bla serratura Paws’oħra din, mingħajr punteġġjatura. Alfred Grech 11/05/2025
- Get link
- X
- Other Apps
X’Jibqa’? X’jibqa’, jekk mhux it-tifkira tiegħek fil- waqt meta ż-żmien wa qaf, u jdejk — daqstant sodi u daqstant ċari,— neħħewli l-biża’ kollu minn ġo fija? Meta n-nifs kien għadu frisk bħall-arja ta’ wara maltemp ata , u l-għada kelma ġdida il li tgħidha b ’leħen sielem u b’għajnejk mimlija? X’jibqa’ jekk mhux dik l-imbuttatra illi tajtni x’ħin bdejt ti egħla ’ u togħla ’l-fuq , u t għolli lili miegħek ? . Ħodor kienu l -għoljiet, u l-passi tagħna kienu jkejlu i s-sħab li fuqu mxejna , fejn il-ġilda t erħi d- dawl, fejn is-skiet isir tambur , fejn il- ġ ilj u j iftaħ ward tat-trasfigurazzjoni U issa? Ma fadalx ħlief riħ ħafif li jġorr i t-tifkiriet bħal weraq tal-ħarifa , li jgħaddi minn ma wiċċi u jħallili timbru ieħor , u j ftakarni f il-waqtiet issiġillati fid-diwi taż- żmien. U nara: li f’dak il-waqt, kont int il-bidu tiegħi, u jien — il-qawmien tiegħek. Alfred Grech. ...
- Get link
- X
- Other Apps
Sibt il-Għid F’d a l-lejl ta’ skiet u dlam li jmewwet il-qamar li l l -art muta jrid idawwal , bħal min jistrieħ fil-qabar qabel jitlaq , u jmut dan il-ħolqien fi ħdan min ħalqu . Is-solitudni tgħannaq ċella u tbusha , il-ħoss tal-ħajja jorqod jirrifletti , il-qalb i t-toqol kollu tħoss tal- firda , u r-ruħ t ixxennaq għa l tgħannieqa żejda. Il-blata t ostor qabar bħal benniena , imma ma tagħlaq qatt kull xaqq ta’ t ama, imqar li fi t-trapass il-ħajja tħejji qawmien mill-ġdid f ’dal -waqt ta’ solitudni , M a titħawwadx il-fidi li tixxennaq , l-imħabba li ma tmutx, ‘mma tibqa’ għal dejjem, Is-sewwa li taraħ bla star quddiemek . Għax F’ Sibt il-Għid imqar is-skiet jitkellem. Alfred Grech 19 ta’ April 2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Ologramm. Inweġġu, nibnu nkissru jew nixtiequ Dubbiena ddur u tagħqad f’dawl tan- neon , Iġġorr warajha rima t’arja tqila Ta’dak li jista’ jkun u qatt ma jiġri. Is-sħab biż-żipp miftuħ lis-sema jikxef Bi kwiekeb li fil-ħemda saru gideb Diwi ġo vastita’ ta’ ħolm vaganti Fil-kodiċi tal-ħajja l-mewt biss pawsa. Buttuni jikklikkjaw inkella jdemmgħu U aħna lkoll iħirsa nkella pop-ups , Iż-żmien jiżżelleġ xħin reġistru taqleb U jikxef ma kull għafsa sejba ġdida Ta’ ponot is-subgħajn fuq it-tastiera. Kull bewsa trid ittaqqal is-sistema U lili fuq l-iskrin tperriċni waħdi Biex tara inwieġbekx xħin ismi ttenni. U l-għadab tal-allat jintbagat f’ħafn’ updates Li jibqgġu fil-filliera mhux stallati F’das-simulakru tridimensjonali Imperreċ fuq liżar jiltewa waħdu. Kull tqanqila tinxtewa fuq gradilja, Kull demgħa ssir xintilla taħt il-lenti. Xi ħadd wara dan kollu ġo kantina Nesa’ għaliex kien ikkodifkana. U jista’ jkun ukoll li xejn ma nkunu Għajr il- log in li għad noħolmu nistgħu Jew...