Kien Ħieles.
Ħieles kien bKien Ħieles.
Ħieles kien
bħal farett li jrid jittajjar
Bil-mod
mill-fosdqa ħareġ sbieħ il-għodwa,
Is-sema
kien miftuħ, nixxiegħ tgelgel
Pass, pass
fuq il-ħaxix, kien jimxi ħafi.
Pitazz li
għadu vojt, xefaq iberraq,
Il-fjamma
illi tixgħel fl-aqwa tagħha
Kien żiemel
illi sab fejn jista’ jimraħ.
Mhux mill-uġih
ġie jibki f’din id-dinja
Iżda mit-terrimot ta’ nifs u spazju.
Wiret
ir-riħ u tul il-mixi tiegħu
It-triq
bdiet tmejjel rasha hu u jimxi.
Il-mixi ta’
kuljum, arloġġ itektek
Il-ktajjem
bdew jankrawħ, ħadid jissaddad,
Id-dlam fuq
il-ħitan, il-griż tas-sema
Malajr sar
dak l-iljun magħluq ġo gaġġa.
Sikkina ma
taqtax, siġra milwija
Għax għażel
iż-żarbun minflok il-ġwienaħ.
Minflok titjir
glorjuż, għażel il-mixi,
U l-jiem
kantun fuq ieħor jgħattu s-sema.
Issa, siġġu
jitbandal hdejn xi tieqa,
Għax kollox
sar duħħan, xejn ma kien baqa’
Il-kotba
fuq l-ixkaffa kollha susa,
Għaliex fi
nżul ix-xemx kull fergħa għarwiena.
Illum jimxi
bil-mod mhux għax hu dgħajjef
Iżd’għax
kemm kien ħafix issa jiftakar.
Alfred
Grech
28/05/2025ħal farett li jrid jittajjar
Bil-mod
mill-fosdqa ħareġ sbieħ il-għodwa,
Is-sema
kien miftuħ, nixxiegħ tgelgel
Pass, pass
fuq il-ħaxix, kien jimxi ħafi.
Pitazz li
għadu vojt, xefaq iberraq,
Il-fjamma
illi tixgħel fl-aqwa tagħha
Kien żiemel
illi sab fejn jista’ jimraħ.
Mhux mill-uġih
ġie jibki f’din id-dinja
Iżda mit-terrimot ta’ nifs u spazju.
Wiret
ir-riħ u tul il-mixi tiegħu
It-triq
bdiet tmejjel rasha hu u jimxi.
Il-mixi ta’
kuljum, arloġġ itektek
Il-ktajjem
bdew jankrawħ, ħadid jissaddad,
Id-dlam fuq
il-ħitan, il-griż tas-sema
Malajr sar
dak l-iljun magħluq ġo gaġġa.
Sikkina ma
taqtax, siġra milwija
Għax għażel
iż-żarbun minflok il-ġwienaħ.
Minflok titjir
glorjuż, għażel il-mixi,
U l-jiem
kantun fuq ieħor jgħattu s-sema.
Issa, siġġu
jitbandal hdejn xi tieqa,
Għax kollox
sar duħħan, xejn ma kien baqa’
Il-kotba
fuq l-ixkaffa kollha susa,
Għaliex fi
nżul ix-xemx kull fergħa għarwiena.
Illum jimxi
bil-mod mhux għax hu dgħajjef
Iżd’għax
kemm kien ħafix issa jiftakar.
Alfred
Grech
28/05/2025
Comments
Post a Comment