THANATOS Hekk tiġI l-mewt, Bħal meta tinsa’ kollox, Tinsa’ li tkun għamilt U tinsa’ li trid tagħmel. Bħal meta tibda tongħos U torqod bla ma trid Il-mixja tas-sonnamboli Togħodos aktar fil-fond Mingħajr ma ssib il-qiegħ. U l-ħajja? Bħal min imur is-suq sabiex iħares Mingħajr ma jixtri. Alfred Grech 2806/2026
Posts
Showing posts from June, 2026
- Get link
- X
- Other Apps
Immaġinarju. Imqar jekk ma tajtnix Biċċa mid-drapp tiegħek Xorta waħda bqajt insibek fl eklissi Ta’ dawk il-ħsibijiet li jfeġġu X’ħin kollox hu mitluf. Inkun tliftek f’nofs eternita’ Ta’ vjaġġ li qatt ma beda Jew f’laqgħa ta’ bejnietna Li baqgħet ma saritx. Iżda inti tibqa’ dejjem Fil-bews immaġinarju F’kull naġra ta’ xewqa mitlufa Li biha bnejt il-binja tal-ħolm tiegħi. Alfred Grech 25/06/2026
- Get link
- X
- Other Apps
U Domt Snin Twal. U domt snin twal ġo dan il-ħabs Għaliex il-ħabs tal-ġisem agħar mill-kalzri Ġo qiegħ ta’sotterran U jien staqsejtek kemm il-darba bla weġibtni Intix qiegħda tismagħni Intix qiegħda tagħrafni Jekk tafx ‘l-fejn se mmorru Kull darba li kont idejk naqbadlek. Kont tħażżeż ħżuż fuq karta li tiddobba Trintraċċja r-rotta tal kull kewkba Li kont tara fl-univers l-univers tar-reżonanzi. Afred rech O7/06/2026