THANATOS

 

Hekk tiġI l-mewt,

Bħal meta tinsa’ kollox,

Tinsa’ li tkun għamilt

U tinsa’ li trid tagħmel.

 

Bħal meta tibda tongħos

U torqod bla ma trid

Il-mixja tas-sonnamboli

Togħodos aktar fil-fond

Mingħajr ma ssib il-qiegħ.

 

U l-ħajja?

Bħal min imur is-suq sabiex iħares

Mingħajr ma jixtri.

 

 

Alfred Grech

2806/2026 

Comments

Popular posts from this blog