Tarf it-Trejqa. U issa li wasalna f’tarf it-trejqa, Tinsiex li dan mhuwiex it-tmiem ta’ kollox Iżda biss dan post fejn nistgħu nistrieħu. Kont taf li terġa’ tqum titfarfar, tibqa’ Tibqa’ miexi kull darba li titfixkel U jekk jien qatt ma għedtlek illi nħobbok Ħallieħ is-skiet bis-sliem jitkellem waħdu U inti ibqa’ warrad f’kull rebbiega Li għad tiġi. Alfred Grech 02/11/2026