Posts

Showing posts from March, 2024
Image
  Għodwa.   Siket ukoll ma tlugħ ix-xemx l-għana tal-għaafar mhux għax qam ir-riħ.   Staħbew fil-bejta tagħom U fit-toqgħob tal-irdum Għaliex intebħu.   L-għadu l-kbir mhix ix-xemx Fil-benniena tal-għoljiet Iżda r-riħ li jonfoħ l-għabra Li tidħol fl-għajnejn.   Il-kikkra kafe’ li kont Ser nixrob issa kesħet U fil-ksieħ ta’ għodwa ġdida Nifrex il-mitt petala Tqanqil li ma tfissrux U li jintefaħ Bħal bżieżaq tal-arja.   Meta konna iżgħar Konna noħolmu b’sema ġdid, Illum is-sema mdaħħan Għax serqulna l-ispazju tagħna.   Alfred Grech Sibt il-Għid 30/03/2024
Image
  Imqar Is-Sħab.   Imqar is-sħab tilef lewnu U jien fittixt qawsalla Fl-għelm tal-paċi.   Beka wkoll il-qamar Li ma sabx fejn jistaħba U l-ixjeħ kwiekeb jitfgħu bdew Dawl għajjien Dawl primordjali.   Ċenturjun baqa’ bejn ħaltejn Jinżgħax l-għelmu Inkella jħalli l-biża’ jirkbu.   It-tkexkixa ma kienetx biss Minħabba l-fewġa kiesħa Inkella għax tela’ l-ajru.   Is-srieq mhumiex jitkaxkru Saru leħħiet ta’ beraq U sajjetti.   Imqar is-sħab tilef lewnu U jien fittixt qawsalla Fl-għelm tal-paċi.     Alfred Grech Ġimgħa l-Kbira 29/03/2024.  
Image
  Għaraq Tad-Demm.   Is-skiet isir madwarek qtar ta’nida, Insiġt il-kliem qalil xħin kulħadd rieqed, Bħal xafra u bla ħsejjes s-skiet jaqta’ U tistenniex xi ħadd li jishar miegħek.   Lanqas tkun bewsa, bħal stallett li jinfed Jew l-abbandun ta’ dawk i kienu miegħek, Ifakkrek serduq jidden f’dik iċ-ċaħda U ssib li mqar missierek issa telqek.   Hekk issa taf xi jfisser li tkun waħdek Fi ġnien li jista’ jixhed mewt il-bniedem, U toħroġ bla ma trid tnehida mqansħa: Neħħili minn quddiemi dan il-kalċi.   Alfred Grech 28/03/2024
Image
  Lil   Fil-forġa tal-qilla Tissawwar bla lġiem Il-qawwa tar-rieda Biex timxi ’l-quddiem.   Inkella bil-lajma Fil-pass ta’ kuljum Isib dak li tibda’ Ma jkun qatt mitmum.   Għalhekk ta’ kull darba Li tiġi u ġġorr Jien mhux ser nisimgħek Għalkemm tibqa’ rgorr.   Għax inti jinħtieġlek Tkun dixxiplinat U tqis dejjem qiesek U mhux li jingħad.   Alfred Grech. 27/03/2024.
Image
  Jekk Tmut Qabel Ma Tmut.   Jekk tmut qabel ma tmut Issib li ma tmut qatt. Sibt ruħħek taħt is-siġra Is-siġra li trid taqa’ Iżda s-siġra ma taqax. Issib tuffieħa tixgħel U d-dawl jiftaħlek moħħok U ssir l-illuminat. Taħt il-friegħi ferrieħa Tal-ġonna tal-Għeden Jien ġejt biex nistkenn mix-xita qarrieqa ‘Mma lanqas fl-irqad Ma nsib il-mistrieħ Għax il-ħolm tiegħi Bħal weraq tal-ħarifa. Jekk tmut qabel ma tmut Issib li tgħix għal dejjem.   Alfred Grech 25/03/2024.
Image
  Ma Rajtekx Riekeb Fuq Ħmara.   Ma rajtekx riekeb fuq ħmara Dieħel minn bieb il-belt Għax it-traffiku kien imblukkat U l-folla mxewxa.   Ma ssugrajtx noħroġ minn qoxorti Il-biża’ kien akbar li jittimbrawni Mil-ħeġġa li nixhed quddiem kullħadd Li jiena wieħed minnhom Ma mmutx għat-twemmin tiegħi Il-frosta tal-ħakkiema tweġġa’ wisq U jien mitluf fil-merħla Li timxi wara dak li jdoqq il-fifra Bla qatt ma taf fejn sejra.   Le jien ma rajtekx riekeb fuq ħmara Bżajt noħroġ mil-moħba Il-bombi ipersoniċi ma waqfux It-tankijiet tal-gwerra baqgħu jirrumblaw U xejn ma wera Li waqfien in-nar kien qrib.   Le ma rajtekx  riekeb fuq il-ħmara . . .     Alfred Grech Ħadd Il-Palm 24/03/2024.
Image
  Rebbiegħa.   Inħaffer fil-fond irrid U nerġgħa nofroq ix-xquq li minnhom jidħol id-dawl tax-xemx. Nindifen irrid Taħt l-għeruq ta’ siġra tħaddar Sabiex induq u nerda’ Mill-ġdid dak kollu Li jagħmel s-sens fil-ħajja. Xħin tgħaddi żiffa rih Il-ħsieb jiddellel U nerġa’ nibda nimraħ Fuq xfar in-nida Bil-ħsejjes tal-għasafar Ġo widnejja U għada rrid nistejqer F’jum ieħor tar-rebbiegħa. Għal waqt wieħed biss Xtaqt li kont tiegħi.   Alfred Grech 22/03/2024.
Image
  Tħarisx Lejja.*   Tħarisx lejja bil-mod li qed tħares, Tħarisx lejja u tistagħġeb qatigh, Għax warajja hemm dell akbar minni U ma tafx minn fejn ġej dan l-iġigh.   Trid ixxidd iż-żarbun li jien nilbes, Timxi miegħi talinqas għal mil, Tara ftit jekk tkux aktar għalija Irrabjat jew tkunx tlift anki l-fil.   Għaliex wara d-disprezz hemm il-weġgħa, Wara l-biża hemm   ukoll it theddid Mal-uġigħ ta min hu vulnerabbli Hemm il-wegħeda li tibda mill-ġdid.   Alfred Grech 21/03/2024.   Miktuba wara li smajt omelija tal-Isqof t’Għawdex, Mons Dun Anton Theuma.
Image
  Hemm Ġnien l-Għeden.   Hemm Ġnien l-Għeden fejn konna niltaqgħu Hemm is-skiet fuq spallejn l-univers, M’hemmx għalfejn ikun l-għamad tal-kotra Hu biżżejjed li tħossok divers.   Il-bogħod wisq biex xi ħadd jiskoprina Kull fejn tmur biex ma tasal imkien, Hemm baħrin illi lanqas ibaħħru Fuq ix-xefaq ta’baħar Fiddien.   Qtajna biċċa mill-fergħa tas-siġra Fejn imorru jistkennu l-gamiem, Għax dawn kienu għasafar tal-passa, Ma jdurux bħalma jagħmlu l-ħamiem.   Grejna wkoll f’kurituri mudlama, Bla ma mxejna mank pass ’l-quddiem, Fejn ix-xemx lanqas setgħet issibna, Fit-tiftix għal ftit sabar u sliem.   Ixxabbatna mal-ogħla quċċata Fejn l-imħabba bdiet tegħreq u tnin, Fejn il-ħolm kien biss ħsejjes tat-torox Fejn il-ġiri sar ħela ta’ ħin.   Alfred Grech 19/03/2024
Image
  L-Anġlu Tagħna.   L-anġl;u tagħna mhux setgħani It-tużell anqas dehebien, l-allat tagħna mhux tat-tafal b’ħafna wegħedi tal-ħelsien.   Aħna stajna rbaħna kollox Iddawwarna b’ċinturin, Għax ħarsitna mhix fix-xefaq, Ħloqna pjazza, ħloqna l-ħin.   Kbir il-kjażmu illi qsamna Bqajna nsaqsu x’seta’ kien, Hemm ukoll min baqa’ lura Imdawrin biċ-ċpar taż-żmien.   Alfred Grech 18/03/2024
Image
  Meta D-Dinja Tinbidel.   Meta d-dinja tinbidel U dak kollu li konna nafu Jibda ma jiswiex, Meta l-art ta’ taħt riġlejna ċċedi U jibqa’ biss l-abbiss, Meta l-allat li nemmnu fihom Ma jibqgħux aktar iwieġbu Għat talb tagħna U meta l-ħbieb li fihom fdajna Saru tradituri, X’nagħmlu? Nintasbu fuq l-iskoll Fost il-qilla ta’ mewġ il-baħar Nistennew albatross, Jew barri li jisfronda l- burladero, Il-ħemda illi taqa’ wara maltempata Il-qniepen idoqqu Id-duħħan ta’ miġja ġdida U l-borra li taqa’ fuq xagħri niexef.   Alfred Grech 16-03-2024
Image
  S’Hemm Jasal Moħħom .   S’hemm jasal moħħom U lanqas taf sewwasew Xinhuma jgħidu Ġebel fuq ġebel Abbissi ta’ skiet U ġagħwar jintrifsu mill-ħnieżer Bil-kuruna tar-rand fuq rashom Imperaturi ta’ bla ħwejjeġ. Qatgħu il-ħbula mill-irmiġġi Li kienu serħ ir-ras fil-maltempati U bqagħu jehdew fit-tnehid bla fejda. S’hemm tasal il-karba tagħħom Qalb ir-ragħwa li jħaddan ir-ramel Imma tibqa’ dejjem il-karba Li minn sider ferut trid toħroġ il-korla. Imqar il-ħsejjes ta’ bil-lejl Isiru l-ħolm ta’ tfajjel bla ħtija Kull meta jsibu ruħhom wiċċ imb wiċċ mal-agunija tal-uġih u jibqgħu stenduti fl-art jokorbu l-ġrieħi tal-imħabba.   Alfred Grech 13/03/2024.
Image
  Xi Minn Daqqiet.   Iva xi minn daqqiet xtaqt nisma’ lii nnifsi Fid-diwi tal-għoljiet u qalb irkejjen Inkella nħares sewwa sew fil-mera Li qatt ma tgħid is-sewwa.   Xi minn daqqiet nixtieqek tkun ftit ħdejja Iżda l-vjaġġ, jaqtgħali nifsi. Minn fuq l-għolja t’Għammar ix-xefaq jidher kollu minkejja li saħħa ma baqgħalix biex nitla’ t-telgħa kollha.   Xi minn daqqiet nixtieq li tkun ftit ħdejja Imqar jekk xejn ma tgħidli Imqar jekk it-triq lura tidher itwal.   Xi minn daqqiet . . .   Alfred Grech 10/03/2024.
Image
  Minkejja D-Dlam Ma Jieqfu Qatt .   Minkejja d-dlam ma jieqfu qatt G ħ ax bla g ħ ajnejn u bla widnejn ix-xemx ukoll titnikker g ħ oljin wisq it-torrijiet u d-dud u n-nemel jirgħu fit-toqob u fl-irkejjen. Id-draguni li ma joħolmux Jiġi biex jibilgħu Lin-nies gwejjdin li baqgħu Ma tkellmux Lin-nies aljenati u lluppjati Fil-qadi tad-dmirijiet. Sabithom ma wiċċha ’l-kukkudrilli U Għalxejn il-kwiekeb ta’ fuq rasna Ħarsu l-isfel b’rogħda kbira. Hemm barra għad hemm il-kadavri Li jistennew lil min jidfinhom U fil-midfen hawn oħrajn qed jistennew Lil min jiġi jqajjimhom minn bejn l-imwiet. Kellhu jindifen ġuvni U l-imbieħ ta’ ħafna klieb Biex l-allat t’olimpu Jitħarku.   Alfred Grech 13/03/2024
Image
  Xi Minn Daqqiet.   Iva xi minn daqqiet xtaqt nisma’ lii nnifsi Fid-diwi tal-għoljiet u qalb irkejjen Inkella nħares sewwa sew fil-mera Li qatt ma tgħid is-sewwa.   Xi minn daqqiet nixtieqek tkun ftit ħdejja Iżda l-vjaġġ, jaqtgħali nifsi. Minn fuq l-għolja t’Għammar ix-xefaq jidher kollu minkejja li saħħa ma baqgħalix biex nitla’ t-telgħa kollha.   Xi minn daqqiet nixtieq li tkun ftit ħdejja Imqar jekk xejn ma tgħidli Imqar jekk it-triq lura tidher itwal.   Xi minn daqqiet . . .   Alfred Grech 10/03/2024.
Image
  Dik Pjaneta Oħra.   Dik pjaneta oħra. Ir-ritmi li trid toħloq huma oħla Mir-ritmi tal-ferrovija għaddejja ddaħħan. Ir-ritmi li trid toħloq Bħal sħab għaddej fis-semmaa, Bħall-għana taċ-ċief bil-lejl Li jikser il-ħemda. l-għana li trid tgħanni m’għandux tifsir u għamla, għandu biss mill-ħsejjes tal-imfietaħ idawwru s-serratura ta’ bieb li jonsob is-skiet u l-ħemda ġewwa kjostru.   Alfred Grech 09/03/2024.
Image
  F’Jum IL-Mara ‘24   Imqar il-warda tad-deżert Tistaqsi lill- qtar ta’ xita li qatt ma jinżel.   Inti timxi fuq is-sħab U tgħum f’wiċċ l-ilma U taf sew fejn għad trid tasal. Kuruna fuq rasek U ngħollik fuq l-ogħla pedestall. Imbagħad għada nfittxek biex insibek Qaddejja fit-tfassil tal-ħolqien Fit-tkattir tal-multitudni. Nittama li xħin naqsam għan-naħħa l-oħra Insibek b’dirgħajk miftuħa tistennieni.   Il-warda tad-desert tibqa’ tistaqsi Għaliex trid tibqa’ tgħix bit-tama.   Alfred Grech 08/03/2024
Image
  Il-Qiegħ Mudlam.   Ma kienx jinħtieġ kliem ġdid biex tersaq lejja Biżżejjed bullettin tal-aħbarijiet biex infissirlek l-assurdita’ tal-insetti illi jirgħu Fuq wiċċ l-ilma.   Il-qiegħ midlam fejn nogħodos jiena Għal min irid jaħseb, jew jintilef, jew jaqta’ n-nifs.   Lili qisni ma dawk li jħobbu jiddendlu Mas-sħab impinġi fuq it-tila Jew bħal imsielet twal joħolmu monġolfiera.   Lilini ismi ma dawk li jisparixxu Ma sbieħ il-jum Mad-dellijiet li jgħinu lil petali Jeħilsu mill-qtar niedi U jroddu ħajr lix-xemx ħanina.   Alfred Grech 07/03/2024