Minkejja D-Dlam Ma Jieqfu Qatt.

 

Minkejja d-dlam ma jieqfu qatt

Għax bla għajnejn u bla widnejn

ix-xemx ukoll titnikker

għoljin wisq it-torrijiet

u d-dud u n-nemel

jirgħu fit-toqob u fl-irkejjen.

Id-draguni li ma joħolmux

Jiġi biex jibilgħu

Lin-nies gwejjdin li baqgħu

Ma tkellmux

Lin-nies aljenati u lluppjati

Fil-qadi tad-dmirijiet.

Sabithom ma wiċċha ’l-kukkudrilli

U Għalxejn il-kwiekeb ta’ fuq rasna

Ħarsu l-isfel b’rogħda kbira.

Hemm barra għad hemm il-kadavri

Li jistennew lil min jidfinhom

U fil-midfen hawn oħrajn qed jistennew

Lil min jiġi jqajjimhom minn bejn l-imwiet.

Kellhu jindifen ġuvni

U l-imbieħ ta’ ħafna klieb

Biex l-allat t’olimpu

Jitħarku.

 

Alfred Grech

13/03/2024

Comments

Popular posts from this blog