Posts

Showing posts from March, 2025
Image
  Mhux Li Ħa Tidher.   Mhux li ħa tidher u f’daqqa tieħu l-ħajja Li tnewwel idek tul iż-żminijet,                   Mhux li ħa nnaqsu did-distanza kollha Imma li mmissu għad l-eternita’.   Mhux li ħa nbiddlu mqar sentenza waħda, Iżda li nerġgħu niktbu dar-rumanz U nsiru nafu jekk hix ħolma kera Inkella nibdew ngħixu wkoll mill-ġdid.   Alred Grech 30/03/2025.
Image
  Hekk jitfarku.   Hekk jitfarku l-ħġieġ tat-twieqi, Hekk jitfarrak il-vażun, Hekk jitfarku x-xbihat foloz Bħalma jinxfu wkoll l-għejjun.   Hekk ukoll kull xbiha mnaqqxa Jaqgħu fl-art ma tiġboromx, Ma jibqax mank torri wieħed, Jgħaddi ż-żmien, ma tgħarafhomx.   Ma jibqax ġebla fuq oħra, Hekk jiġġarfu swar il-belt, Trid tistaqsi minn dan kollu X’sejjer jibqa’ jekk mhux għelt.   Hekk tinfaqa’ kull bużżieqa, Trid tistaqsi fejn se tkun, Jekk intix man-naħħa t-tajba Jew li għandhom ftit raġun.   Alfred Grech 22-03-2025
Image
  Il-Ward Bil-Mod Qed Jinxef.   Il-ward bil-mod qed jinxef Dan jista’ jkun turment, Tal-fwieħa l-frugħa marret ’Mma mhux is-sentiment.   L-għasafar li qed jgħannu Dan l-innu ta-ħolqien Illum tittajjar magħhom, Qed’hawn ma kullimkien.   Din hija l-għanja tagħna Ngħannuha ikoll flimkien Int tibqa’ fit-tfkira, Ġo qalbna għal tul iż-żmien.   Nixgħellek din ix-xema Dawl ċkejken ta’ bla kejl, Tixgħel għalkemm mitlufa Bħal dmugħ fi skiet ta’ lejl.   Alfred Grech 20/03/2025
Image
  Fis-Skiet Tad-Dejr.   Fis-skiet tad-dejr fejn g ħ ad irridu ng ħ ammru, In ħ ossok aktar qrib i, int qed tarani; U nista’ nkellm e k aktar ming ħ ajr ħ abi , U int tifhimni aktar minn qatt qabel Mingħajr il-barrikati ta’ bejnietna Tal-ġisem li hu dgħajjef u li joħloq Ħitan ta’ xkiel fli   ngħidu u fli ngħamlu. U issa nifhem aktar minn qatt qabel In-nebħ ġentili tiegħek ġewwa ħsiebi, Tkellimni f’kull tpespisa tal-għasafar Fil-fewġa illi taħbat ma ħaddejja, Fil-fwieħa t’elf mitt warda għada tiftaħ Tqanqila ta’ waqt wieħed illi tħalli Elf mitt kelma li qatt ma stajt inlissen.   Alfred Grech. Ċimiterju taż Santa Marija 17/03/2-25
Image
  U Bqajna Ma Ntba ħ niex.   U bqajna ma ntba ħ niex li qed in ħ assqu Ta ħ t ir-ri ġ lejn kull warda illi konna Aħna stess fil-ġnien tagħna qed irawwmu. Kien biss waqt il-mixja tas-sonnamboli Jew il-vjaġġ fuq binarji li jinfirdu U jifirdu lilna stess minn dak li aħna Li stenbaħna minn dan nagħas u tlifna r-riedni. Binarji dawn li jġorru l-ferrovija Ferm il-bogħod minn fejn aħna rridu naslu. Ma ntaħniex illi konna qed inħarsu F’wiċċ xulxin bħallikieku xi ħadd ieħor Infridna minna stess u minn mal-bqija.   Issa li int tinsab ġo l-arkivji tat-tifkira Nibda biex nifhem aktar għaliex inti l-ewwel vittma ta’ dal-ħolm alluċinanti.   Alfred Grech 17/03/2025
Image
  Requiem Lil Rita.   Sibilha int Mulej il-post fil-ġenna Il-post li jixirqillha ta’ruh tajba U ara li tkun int li tistenniha Wieqaf fil-bieb il-kbir b’idejk miftuħa. Int taf Mulej fiż-żmien li għamlet magħna Għaddietu l-wied tad-dmugħ u mxiet triqitha Bla ħarset ’l hemm jew ’l hawn ’mma baqgħet dritta Biex twettaq ma kull pass ir-rieda tiegħek. Lil din ir-ruħ li ġejja tgħammar miegħek Ħalliha tidħol dritta bħal reġina, Hekk biss isir il-ħaqq ma din il-mara Hekk biss hemm it-turija fit-tpattija. Għax sehemha tagħtu sew kemm damet magħna Għaliex il-purgatorju kien f’ħajjitha.   Alfred Grech. 12/03/2025.
Image
  Jekk MaToħroġx.   Jekk ma toħroġx minn fommi dit-tnegħida Ma nafx kif ser inkomplu din il-mixja Ma nafx kif tista’ tisbaħ għadwa ġdida U tista’ tibqa’ tnixxi din nixxiegħa.   Għidli jekk mhux duħħan xi jkun ifisser Dan l-uragan li jgħaddi bla ma jħalli Mank biss sinjal biex għad xi darba jgħidu Ma kien hawn ħadd li ħalla l-passi tiegħu.   Il-bikja kienet ħielsa iżda nieqsa Mit-toqol ta-uġiħ mill-pis tal-għejja, Għax ma kienx hemm tweġiba għall-mistoqsija U lanqas melħ li jfarraġ fuq xuftejja.   Hekk biss tista’ tirbaħli, billi tħabbat Il-flus ma wiċċi waqt li tkompli tiżfen.   Alfred Grech 11/03/2025
Image
  Kemm Ser Idum Dal-Limbu .   Kemm ser idum dal-limbu li fiħ dħalna, Il-baħħ bla ħjiel, hemm biss tgerrim is-susa Turik li ż-żmien għaddej u qed titmermer U jdum kull waqt biex jgħaddi, kollox sieket?   Il-kliem ma jsibx mnejn jinfed, hemm il-ħsejjes Tal-ħsibijiet imħawda u ta’ bla mira, Ifittxu triq għall-barra minn did-dalma Ħelsien minn dan il-ħabs tad=demm u l-laħam.   Issa, jew tgħix għal dejjem, jew tintesa’.   Alfred Grech 08/03/2025
Image
  Tibżax Tittajjar.   Kullana tal-bebbux indendel m’għonqok Biex tgħidli jekk tafnix, għadekx tarafni, Insihom il-kuluri w il-kliem sieber Għax aħna sirna eterni f’nofs ta’ baħar Nitkellmu ma xulxin, naqraw il-kwiekeb Biex il-qawsalli nżejnu bil-ħsieb tagħna U nbaħħru l-infinit, lilhinn ki-xefaq. U ma jkun ġara xejn jekk tinsa ssellem, Għax aħna ma ninsewkx, tkun tgħix għal dejjem Għalhekk ’l-fuq mis-sħab, tibżax tittajjar.   Alfred Grech 04/03/2025
Image
  La Tbiddel Ebda Vers Mill-Għanja Tiegħek.   Biddilt ukoll il-vers tal-għanja tiegħek Għalkemm il-ferrovija baqgħet wieqfa. Mhuwiex tassew li l-ħaqq ma min hu b’saħħtu Għax tinfed qlub in-nies il-poeżija. Kien hemm għannejja jtajjru t-tajr tal-karti Min ħolom ħolma tkellem sa mal-kwiekeb. Ma niċħdu qatt id-debħa tal-imħabba, Il-bogħod minn kull tiġrib, il-bogħod mill-gwerra, U r-riħ għad jibda jonfoħ saħansitra Fil-qalb ta’ min imut biex jgħix il-ħajja.   La tbiddwl ebda vers mill-għanja tiegħek.   Alfred Grech 05/03/2025
Image
  Issaa’Għandi Ħajja Sħiħa .   Iss’għandi ħajja sħiħa x’noqgħod naħseb, Nixtarr x’kelli xi ngħidlek bla m’għedtulek, Xi jmissni għamilt, insejt jew kelli x’nagħmel, U kemm il-darba ħsibtni l-ittradejtrek.   Id-diwi ta’ passik ftit ftit jitbiegħdu l-għażliet li bħa nixxiegħa tibqa’ għaddejja, tfesfis ta’daħk fil-wiċċ fid-dell tad-dwejjaq impinġijin f’waqtiet li xegħlu u telqu.   Iss’għandi ħajja sħiħa x’noqgħod nomgħod Inħoss iċ-ċikatriċi, ngħodd il-bċejjeċ, Nitgħallem sewwa sew aħna min aħna Minn dawk il-postijiet fejn darba konna.   Alfred Grech 01/03/2025