Tibżax Tittajjar.

 

Kullana tal-bebbux indendel m’għonqok

Biex tgħidli jekk tafnix, għadekx tarafni,

Insihom il-kuluri w il-kliem sieber

Għax aħna sirna eterni f’nofs ta’ baħar

Nitkellmu ma xulxin, naqraw il-kwiekeb

Biex il-qawsalli nżejnu bil-ħsieb tagħna

U nbaħħru l-infinit, lilhinn ki-xefaq.

U ma jkun ġara xejn jekk tinsa ssellem,

Għax aħna ma ninsewkx, tkun tgħix għal dejjem

Għalhekk ’l-fuq mis-sħab, tibżax tittajjar.

 

Alfred Grech

04/03/2025

Comments