TIĠIX. Tiġix tgħidli ’l-għaliex m’għandix inħossni Imdejjaq qisni nogħdos qed taħt l-ima, Jew li tista’ int bi kliemek ittaffili, l-uġigħ li nħoss u d-dmugħ mingħajr naf ’l-għala. Tgħidlix għaliex m’għandix inħossnui mwarrab Filwaqt li d-dellijiet imdendla jħarsu, Għassiesa tal-magħmul u l-malawgurju Għax fid-dlam biss insib is-serħan tiegħi. Tistenninix nitbissem għax ġejt ħdejja, Inkella ngħatti x-xquq li s-sewwa jikxef, Ir-ruħ tisfida trid il-maltempati U n-niċeċ illi d-dinja tqiegħdha fihom. Għalhekk, ħallini nimraħ ftit fil- wisa’ Għax il-fejqan fil-wied tal-mewt imdallam, U xħin inqum issibni bniedem ieħor Infaħħar il-widien u t-twerwir tagħhom. Alfred Grech 31/07/2025
Posts
Showing posts from July, 2025
- Get link
- X
- Other Apps
Aħna Li Qatt Ma Mxejna. Aħna li qatt ma mxejna fuq binarji Ridna naraw x’kien hemm wara kull liwja Ġarrewna l-uragani u l-buffuri Laqqmuna ulied is-sħab, ulied il-beraq. Saħansitra tlajna ma kull għolja Inżilna ġo kull wied oskur u mdallam U b’hekk tgħallimna x’jgħidu xħin bejniethom Jitkkkonfoffaw biex jaħtfu l-priża tagħom Fis-skiet tal-lejl u xħin kulħadd kien rieqed Friefet il-lejl, il-kokka, il-barbaġanni. U xħin stenbaħna l-għadda aktar fhimna Għaliex qiegħdin ma dawk li mhumiex magħna. Alfred Grech 26/07/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Għaliex Ma Nistgħax Ngħix Il-Poeżija. Għaliex ma nistgħax ngħix il-poeżija Intir u nogħla l-fuq minn din l-għadira? Ma rridx li nerġa’ ngħix dik l-illużżjoni Irrid li mmut, mill-ġdid nerġa’ nirxoxta. It-torrijiet li bnejna fil-ħolm tagħna Issa ġġarfu u jekk għad hemm xi tama Li niltaqgħu ikun f’jum it-tifkira Biex nerġgħu ngħannu għanja aktar fonda. U jekk xi darba għad niltaqgħu f’ħolma Arana nerġgħu nibnu torri ieħor. Għad jiġi żmien li lanqas niġi nżurek Għaliex mat-triq in-niżla tibda tħaffeħ Jgħidulek: la taħsibx għax il-ħsieb qirda, Jgħidulek: għix illum għax illum tiegħek. Għalhekk trid terġa’ tirkeb l-illużżjoni U terġa’ tibda tgħix il-ħolm tal-bieraħ. Int bqajt trid twebbes rasek, tibqa temmen F’min lanqas għadu jemmen fih innifsu. Alfred Gtrech 23/07/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
U Jista’ Jkun Ukoll . U jista’ jkun ukoll li lanqas jiena Ma naf xi tlift għalkemm nixgħellek xema, Għalkemm inżur il-qabar u ngħamillek Bukkett tal-ward, u dak li qatt ma ntenni Ngħiduek mingħajr ħsejjes bla ma ngħidlek. U lanqas eleġija li stajt ktibtlek Ma ssemmi dak li huwa l-aktar iebes Is-sogħoba l’hemm fil-qiegħ tar-ruħ li twelled. Għaliex l-uġigħ mhuwiex biss tal-poeti, U d-dieqa mhijiex biss lussu tal-bniedem. Imqar jekk ma jkun hemm ħadd qed iħares It-toqol tista’ ġġorru l-iċken ħlejqa. Alfred Grch 20/07/2025
- Get link
- X
- Other Apps
Ġurnata. Imqar mill-ftit li baqa’ Il-mixja hi ftit twila U m’għandiex biss tkun il-purċissjoni Inkella tarġa oħra F’dat taraġ wieqaf Biex ngħidu rġajna għaddejna. Din għandha tkun biss sensazzjoni Din għandha tkun biss illużżjoni Inkella l-emozzjoni Tal-leħħa Illi tkebbes il-ħuġġieġa Imqar jekk xħin jinħaraq kollox Ma jibqa’ xejn għajr l-irmied Inkella xi tifkira. Alfred Grech 19/07/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Uġigħ. “ There is a crack, a crack in everything That's how the light gets in ” Leonard Cohen, Anthem. L-uġigħ il-qalb mhux poeżija, Bla ritmu jew bla rima Mudlam u aktarx imlaqqat Ikraħ daqs skalda taħt il-ġilda. Munġbell ta’ tifkiriet Viti kollha miftuħa Ħsejjes ġejjin mil-bogħod Taħsibhom tal-iħirsa. Il-ġerħa saret spazju Tiċrita f’nofs tessut Mnejn jista’ jgħaddi kollox Mnejn jista’ jgħaddi d-dawl. Id-dawl mhuwiex tal-glorja Biżżejjed biex jilma mad-dmugħ Imbagħad l-għajnejn jidraw ix-xemx ta’ nofsinhar. U meta titlaq timxi Bl-uġiħ tinfetaħlek tieqa Ftit fidda minn tal-għada Jiffiltra, jsir bużżieqa. Alfred Grech 17/07/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Ir-Ramel tad-Deżert Minn Bejn is-Swaba. Ir-ramel tad-de ż ert minn bejn is-swaba J iżżerżaq, bħa l waqtiet kull meta jmutu, I ddur f’ ċ irku vizzju ż il-minutiera U l-passi jibqg ħ u ħ fief bla ma jintilfu. Ix-xefaq li għażilt qatt mhu ser jidher Fil-mirja mitlufin is-snin moħlija, Bħal karti li jiltwew bla ma jinkitbu Bħal vjaġġ tas-skiet li mkien mhu ser iwassal. F’dal baħar qiegħed hemm xi ħaġa turi Li l-ħemda hi bla qiegħ, mimlija mostri, Il-ħin għaddej mhuwiex ħlief illużjoni Tal-ħajja dejjem tidwi mingħajr mira. Xi darba għad irid jitla’ das-siparju U l-verita’ moħbija f’dal kalvarju. Alfred Grech 15/07/2025
- Get link
- X
- Other Apps
Għad Jiġi Żmien. G ħad jiġi żmien li nerġa’ nibda’ nkellmek U nerġa’ nerħi ruħi mal-buffuri, Mal-ogħlaa qċaċet nerġa’ nibda’ nitla’ U nħares l-isfel qisu xejn ma ġara. U nerġa’ nħaddan lilek li kont ħolma, U nerġa’ niftaħ beraħ is-sipari, Biex nibda nemmen, iva li hemm xefaq Lilhinn mill-ingranaġġ ta’ dil-ġurnata. Alfred Grech. 10/07/2025
- Get link
- X
- Other Apps
Trid Tistaqsi. Trid tistaqsi, dan kollu x’siwi għandu? Jekk bħad-dell fuq il-ħajt jispiċċa kollox, Fi nżul ix-xemx il-ħolm mal-lejl jitħallat B’mistoqsijiet iħabbtu ma bieb moħħok. Jgħidulek li fil-mixi s-siwi kollu Imqar lil-ta’ warajk il-ħbiberija Sieħba f’dal-vjaġġ li wasal biex jispiċċa U x-xema li tinħela trid iddawwal. Kull kelma li minn fommok għall-ġid ħarġet Il-ħolm sabiħ għal min se jiħi wara U tistaqsix dan kollu x’siwi għandu, Fil-mistoqsija nfisha hemm tweġiba . Irrid insib il-mezz kif nista’ neħles It-taħsir li bil-mod il-mod qed jaħkem U ntenni bħal min tenna għal kemm il-darba Jekk jista’ jkun neħħili dn il-kalċi Alfred Grech 06/07/2025 ...
- Get link
- X
- Other Apps
Grazzi Mulej . Grazzi Mulej li tajtni dawn il-ġwienaħ, Biex nista’ ntir u ngħola mas-smewwiet, Nitbiegħed sa ma naqbad l-ogħla sħaba, Nirxoxta, nerġa’ nqum minn bejn l-imwiet. Grazzi Mulej li ħriġtni minn ġol-fosdqa U bħal farfett bdejt nirgħa ġo dal-ġnien, Minn warda għall-oħra nfittex riħa ġdida Filwaqt li l-għana jidwi kullimkien. Alfred Grech O4/07/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Urini Triq. Urini triq biex nista’ nasal għadek F’dat-teatrin li wasal biex jispiċċa’ Fi dlam il-lejl fejn nista’ nara kollox Li ma jfissirx it-tmiem ta’ din il-mixja. Inkella għaliex hawnhekk tispiċċa għandha Dil-ħrafa bħal rakkont li għextu miegħek Żlieġa li tmur xħin tara x-xbiha tagħha Kull meta nkun ħaddantek b’mod virtwali? Alfred Grech 04/07/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Għalissa Ngħid Dan Biss Għalissa ngħid dan biss, kelma li tgħix bejn silta u oħra ta’ ħsieb li għadu ma twelidx Bħall-ilma tan-nixxiegħa. Kelma li tgħum fuq xifer is-skiet, tistenna x’jiġri wara, tistenna l-ħin jgħaddej u miegħu it-tweġiba jew forsi mistoqsija ġdida . fost ix-xewqat li terġa’ tgħix Mill-ġdid inkella tinsa. Għalissa, il-kelma waħda, mimlija b’dak kollu li jingħad, meta jasal il-waqt. Għalissa ngħid dan biss, kelma li tħaddan dan il-waqt, u tħalli l-bqija f’idejn il-ħin. Alfred Grech 03/07/2025.