Aħna Li Qatt Ma Mxejna.
Aħna li qatt
ma mxejna fuq binarji
Ridna naraw
x’kien hemm wara kull liwja
Ġarrewna l-uragani
u l-buffuri
Laqqmuna ulied
is-sħab, ulied il-beraq.
Saħansitra tlajna
ma kull għolja
Inżilna ġo
kull wied oskur u mdallam
U b’hekk
tgħallimna x’jgħidu xħin bejniethom
Jitkkkonfoffaw
biex jaħtfu l-priża tagħom
Fis-skiet
tal-lejl u xħin kulħadd kien rieqed
Friefet il-lejl,
il-kokka, il-barbaġanni.
U xħin
stenbaħna l-għadda aktar fhimna
Għaliex qiegħdin
ma dawk li mhumiex magħna.
Alfred
Grech
26/07/2025.
Comments
Post a Comment