203.
Jien ġejt hawnhekk biex noqgħod
ngħodd il-kwiekeb
Mhux b’dawk l-għajnejn li
ssolti jgħoddu n-numri
Iżda b’għajnejn ir-ruħ li
qatt ma jpetptu
Kull xrara ċifra f’lejl li
jdum għal dejjem
Igerbeb romblu għal kull
dell li jiżfen
Nisma’ t-tfesfis qadim
tal-galassiji
U l-ħin jinħall fi ħmar
il-lejl ċelesti.
Jien ġejt hawnhhekk biex
noqgħod ngħodd il-kwiekeb
U nfittex fl-univers ir-ritmu
tiegħi
U nfittex dawk il-ħsejjes li
qaluli
Għad nisma xħin taħbit
il-qalb għad jieqaf
U naqbad b’kopp mistħajjel ħolm
il-bieraħ.
Jien ġejt hawnhekk biex
noqgħod ngħodd il-kwiekeb
U nsib lingwaġġ li bih nista’
ninftiehem.
Alfred Grech
11/01/2026.
Comments
Post a Comment