Posts

Showing posts from August, 2026
Image
  Imqar Jekk Għadda ż-Żmien .   “Alas for this this great shadow once a man- So glorious in his beaty and thy choice” (Tennyson. Tithonus)   Issa tista’ toqgħod tħażżeż b’ subgħak Il-ħżuż li ebda żmirn ma jħassar Issa tista tħambaq kemm trid Għax leħnek mingħajr diwi.   Kont tkebbes żernieq ieħor Bil-ġamar ta’ xemx ġdida Li tisreġ kull filgħodu.   Issa x-xemx kubrit, F’idejk iżżomm l-irmied għabex ieħor Idejk li bdnew, ħatfu u rebħu.   Iżda filwaqt li tgħib xi ħaġa tibqa’ Mhux telfa iżda xhieda Ta’ ħuġġieġa li darba kienet tħeġġeġ.   Sirt dell ta’ dawl li dawwal Il-wileġ, Maġija li twieldet lilhinn mix-xewqa   Issa taf x’inhu s-sabih Imqar jekk għada tinsa'.   Alfred Grech 31/08/2026.
Image
  Xejn .   Moħħi għadu ma qatax qalbu Jiġġerra jfid-deżert Ifittex wiċċ il-ħajja Jfittex lilek.   Ix-xafra tmiss il-qalb Imqar jekk ma taqtax Il-ħsieb ser jibqa’ jberren Darba li tajtu l-wiċċ.   Bħal meta ħsibt li sibt il-moħba U sibt li għad baqgħali nfittex F’dan l-inivers redikolu F’dan l-univers assurd.   Alfred Grech 28/08/2026.
Image
  Għaddieni.   Tiftaħ għad-dawl ta’ filgħodu Ħalq ċkejken jixrob ix-xemx Bħalkieku l-għajn qatt mhu ser taqta’. Sa nofs inhar l-ilwien ilellxu Tisfida mqar it-trab tal-art. Iżda mqar in-naħal issa jafu s-sewwa Li xejn minn lewn id-deheb Ma hu għal dejjem. Qabel l-għabex, il-ġnub jiltew Il-petali tal-karti U dak li kien sabiħ Issa ltewa, m’għadux ifuħ.   Alfred Grech 21/08/2026.
Image
  Ipnotożżat   Ipnotiżżat Biex leħnek joqgħod jgħodd Il-jiem sakemm tinħall id-dinja Bħaz-zokkor fil-misħun.   Orqod Qabel mal-minutieri tal-arloġġ Jibdew jomgħodu polz idejk Qabel ma kull tektika Ssir akkuża ċkejkna.   Tista toħlom kemm trid Ġo kamra mingħajr tqieqi Mingħajr bibien Tinġarr mal-ħsibijiet Kurrenti li qatt ma jaslu.   Hemmhekk il-ħin ukoll jinsa’ Jagħmel xogħolu Ma jġorrokx ġo kurituri ta’ bla mirja Fejn kull daqqa t’għajn Turik maskra oħra Imqaxxra minn fuq wiċċek.   Hawnhekk fid-dinja ta’ min iħabrek Is-sigħat jakkumulaw fuq xulxin Bħal kontijiet li ma tħallsux U l-kalendarju jsir is-susa tgerrem Sakemm xejn ma jibqa’ Għajr id-diwi tal-ħajja dejjem tgħodd Bik ġo fiha.     Alfred Grech 18/08/2026
Image
  Ħallieħ Ħa Jgħaddi Ż-Żmien .   Ħalliħ ħa jgħaddi ż-żmien, Ara ma jfettillekx tistenbaħ Biex tmur tiltaqa’ miegħu, Tmur tiġri wara passi Li jisparixxu.   Ibqa’ fejn int Bħal għabra fuq xi mitħa Ta’ mingħajr qlugħ Filwaqt li s-siegħat jgħaddu siekta Bħas-sħab fis-sema.   X’ser tieħu billi tħabrek? Ix-xemx titla’ minn jeddha l-istaġuni jaqilbu l-folji qodma tagħhom bla ma jinqraw U kull mogħdija ma tiftakarrx min għadda minnha.   Ħallieħ iż-żmien ħa jgħaddi Orqod jekk tħoss in-nagħas Imxi jekk toħlom li għandek timxi, Għajnejk miftuħa għad-dinja Iżda ruħek baqgħet mistura wara l-purtiera.   Ħalli t-toroq iġorruk, Ilħna jaqgħu madwarek Bħax-xita mal-ħġieġ ta’ tieqa magħluqa U l-ismijiet tan-nies jitbegħedu.   U jekk il-lejl iferra d-dlam Fil-hofor ta’ jdejk Tixrob xejn għajr is-skiet U tiskirx għajr fit-tnissija Li tilma fuq ix-xfar Ta’ dak kollu li stajt kont jew li ridt tagħmel.   Ix-xmara tibqa’ għaddejja Il-blat ftit ftit jittiekel Kull torri għ...
Image
  Iġġorni Miegħek   Iġġormi miegħek kull fejn tkun biex tkun rasek mistrieħa, U ma kull gibda li tlissen hemm biċċa verita’. Jekk jien bqajt insegwik Għax hemm xi ħaġa Li tfakkarni fija nnifsi.   U  jekk nobgħodok nibda Għax nobgħod lili nnifsi.   Ġarrejt dil-maskra Għaliex ma rridx li tarani U ma kull tilwima nsib Li għandek biċċa raġun.   Kif għadek ma ntbaħtx li jien Mhux raġun irrid Imma li tismagħni?   Alfred Grech 14/08/2026
Image
  Meta Waqaft Inħobbok.   Meta waqaft inħobbok? Meta ntbaħt li inti bħali  għaraft li l-ktiba fuq il-ħajt Kienet bdiet titħassar U l-profeti biddlu l-priedki tagħhom.   Meta waqaft inħobbok? Meta ħsibt li inti ma tinbidilx Imma fil-fatt inbdilt U biddilt lili miegħek, Meta sirt naf li ebda jum ma kien bħall-ieħor U li setgħet tinkiteb xort’oħra l-ġrajja tagħna.   Meta waqaft inħobbok? Meta bdejt iġġebbed il-ħabel U nsejt li jien bla nifs u kont sirt tal-karta pesta.   Meta waqft inħobbok? Meta ntbaħt li ma kien hemm xejn minn dar-rakkont Ħlief li jien u inti intennu l-miti Biex innessu lill-xulxin Id-dwejjaq ta’ madwarna.   Meta waqaft inħobbok? Meta ntbaħt li din kienet logħba Ta’ bla fejda Li kulħadd kien tgħallem jilgħab U xħin dort id-dinja kollha Erġajt sibtni fejn kont qabel.   Alfred Grech 13/08/2026  
Image
  Mimlija Ħajja.   Mimlija ħajja, hekk irridek jiena, Maż-żifna tal-ħolqien bla heda tiżfen Sabiex id-dwejjaq tnissi, tnissi s-sogħba Ta’ min għal dak li għamel qed ibgħati.   Ittir minn warda għall-oħra f’dak li tagħmel, Bil-ħeffa ta’ farfett li qatt ma jaħseb, Mingħajr rimors, mingħajr tinqis mingħajr kuxxjenza Mad-diwi tal-ħolqien l-intonatura.   Trid tibda bħali temmen li hemm setgħa Li taħseb fik, li għada  jaħseb f’għada Trid temmen għax sirt taf li mhemmx għażl’oħra Għajr dik li tibqa’ tgħix mingħajr indiema F’dinja ta’ tweġibit konfezzjonati.   Alfred Grech 09/08/2026
Image
  Tamarisk   Niltaqgħu hawn mingħar ma ħadd sejjħilna Mingħajr ma nafu żgur hawn għal xhiex ġejna Naħarbu lilna nfusna b’dak li ngħidu, U hekk iż-żmien għaddej bla ma nintebħu.   Niltaqgħu hawn  biex nagħtu sens lill-ħajja Bħas-sebħ li wasal fuqna għall-għarrieda, ’Mma nafu żgur li f’dal lokal niltaqgħu, Fil-jum u l-ħin li lkoll aħna issa drajna.   Alfred Grech 02/07/2026