Meta Waqaft Inħobbok.
Meta waqaft inħobbok?
Meta ntbaħt li inti bħali għaraft li l-ktiba fuq il-ħajt
Kienet bdiet titħassar
U l-profeti biddlu l-priedki tagħhom.
Meta waqaft inħobbok?
Meta ħsibt li inti ma tinbidilx
Imma fil-fatt inbdilt
U biddilt lili miegħek,
Meta sirt naf li ebda jum ma kien bħall-ieħor
U li setgħet tinkiteb xort’oħra l-ġrajja tagħna.
Meta waqaft inħobbok?
Meta bdejt iġġebbed il-ħabel
U nsejt li jien bla nifs u kont sirt tal-karta pesta.
Meta waqft inħobbok?
Meta ntbaħt li ma kien hemm xejn minn dar-rakkont
Ħlief li jien u inti intennu l-miti
Biex innessu lill-xulxin
Id-dwejjaq ta’ madwarna.
Meta waqaft inħobbok?
Meta ntbaħt li din kienet logħba
Ta’ bla fejda
Li kulħadd kien tgħallem jilgħab
U xħin dort id-dinja kollha
Erġajt sibtni fejn kont qabel.
Alfred Grech
13/08/2026
Comments
Post a Comment