Ilsieni Weħel. Ilsieni weħel f’ħalqi l-linka nixfet, Ġo ruħi ġiet ix-xitwa u kliemi mmuta, Jien hawn quddiem il-baħħ u l-ħsieb jintilef, Bħal baħar ta’ bla mewġ u ta’ bla żiffa. Il-weraq ma jsirx versi taħt subgħajja Is-skiet ma jidwix l-għanja ta’ ġo fija Imxiet il-muża u ħalset minn pajjiżi Inħares lejn ix-xefaq bla ma nterraq. Il-lejl tar-ruħ hu tqil ‘mma mhux għal dejjem Fil-qiegħ tas-skiet inxerred iż-żerriegħa, Jista’ jkun għada terġa’ tixgħel xemgħa U minn dal-vojt titiwieled poeżija. Alfred Grech 31/07/2026
Posts
Showing posts from July, 2026
- Get link
- X
- Other Apps
There Is Nothing Left. There is nothing left Except looking beauty in her eyes And believing she could do the miracle. There was nothing you could do Except believing that your end Would not be like theirs And that somehow it was written That you will never freeze. No, you will never perish You will always remain The brainchild who broke free From the god’s incessant headache. Alfred Grech 10/07/2026
- Get link
- X
- Other Apps
M’Għadnix Dal-Leħen Nisma’. M’għadnix dal-leħen nisma’ Li jidwi ġewwa fija Jissellef kliem ħaddieħor U jibqa; jiġri bija. Għax ħsibtha li ħallietni U ħarbet min idejja, Stħajjiltha qed tinbixni U tgħanni ġo widnejja. Irrid nissogra nibda Inżid ma kull filata U nerġa’ nitla’ t-taraġ Li jwassal sal-quċċata. Alfred Grech 07/07/2026