Ilsieni Weħel.

 

Ilsieni weħel f’ħalqi l-linka nixfet,

Ġo ruħi ġiet ix-xitwa u kliemi mmuta,

Jien hawn quddiem il-baħħ u l-ħsieb jintilef,

Bħal baħar ta’ bla mewġ u ta’ bla żiffa.

 

Il-weraq ma jsirx versi taħt subgħajja

Is-skiet ma jidwix l-għanja ta’ ġo fija

Imxiet il-muża u ħalset minn pajjiżi

Inħares lejn ix-xefaq bla ma nterraq.

 

Il-lejl tar-ruħ hu tqil ‘mma mhux għal dejjem

Fil-qiegħ tas-skiet inxerred iż-żerriegħa,

Jista’ jkun għada terġa’ tixgħel xemgħa

U minn dal-vojt titiwieled poeżija.

 

Alfred Grech

31/07/2026

Comments

Popular posts from this blog