204.
Li neħtieġ
jien hu biss l-ilwien ta’ wiċċek,
Il-libsa
dejqa dejqa li tispjeġa,
Ċilda bajda,
huġbejn u għajnejn li jinfdu
Fi kwadru
mmakulat li jibqa’ mdendel.
Dak li
neħtieġ hu biss tikfkira ħajja
Imgeżwra ġo
qartas li nġorru f’moħħi
U r-riħa
tal-imħabba illi tarda
Mill-ward
tat-tifkiriet taż-żmien li għadda.
Għax kollox
hu duħħan u xejn ma jibqa’,
Spettru ta’
waqt li jibqa’ għal dejjem jidwi
Fl-isfond
ta’ din l-eternita’ mistħajjla
Ġo moħħ ma
jeżistix, f’widnejn imtarrxa.
Issa jekk
biss irrid li jien niftakrek
Fil-kwadru
mmakulat fejn tgħix għall-dejjem.
Alfred
Grech
26/01/2026
Comments
Post a Comment