Flimkien Nibdew. Flimkien n i bdew inpin ġ u mostri ġodda Biex b’hekk ingerrxu ’l min irid li jersaq Lejna u jrid jitħabbeb sew u jidħol F’darna. Flimien nimlew ukoll l-ispazji Ġodda biex naqtgħu qalb lil kull min irid Jistaqsi, u jrid jiddeffes fejn lanqas Ma jesgħu, lil min il-kurżita tegħlbu. Kull mistoqsija ssir impertinenti Nintembħu wkoll li xejn ma jkun jiswielna It-talba mill-qalb u l-biki tal-bekkejja. Alfred Grech 01/05/2026.
Posts
- Get link
- X
- Other Apps
Ksssandra. Trid tmur lilhinn mis-swar ta’ Trojja Biex tistaħba mill-allat Biex tisma’ l-kliem minn taħt l-ilsien Irjieħ tan-nar u qilla li għad tiġi Jibilgħu torrijiet bħal ilsna tal-maħbuba. Jien ma niskirx biex ninsa’ jew biex naħrab Għax dejjem nerġa’ niġi minn fejn tlaqt. Għajnejha jgħarfu dak li ħadd ma jara Leħinha ta’ ċawlun maħnuq Kulħadd jiddieħaq, jissiġilla l-qirda U hi triq twieżen pis li ma tiflaħx. It-twissijiet minn qalb iċ-ċpar s-saħta tal-profeta iżda f’irmied is-skiet iwerżaq jiltewa l-ġejjieni għal min irid jisma’ tard wisq, dejjem tard wisq bħall-lament ta’ kull poeta. Alfred Grech 11/04/2026.
- Get link
- X
- Other Apps
Xi Tfisser? Xi tfisser din id-diskursata Jekk f’qiegħ il-baħar aħna ma ninżlux, Xi jfissru dawn il-wegħediet kollha Jekk x’hemm taħt dawn il-maskri ma nikxfux? Xi tfissser din i-mixja twila Jekk it-tifsira tagħha ma nifhmux U lanqas saħħa ma jibqagħlna Biex niġġieldu l-mostri li ma nafux? Xi jfisser meta tiġi tgħidli Illi mingħajri inti ma tgħaddix Jekk din ma tkux għajr skuża oħra Biex il-qiddiem inti tibqa’ ma timxix? Xi jfisser dan kollu? U issa f’daqqa waħda ntbaħna Li sirna anakroniżma. Alfred Grech 10/04/2026 xi
- Get link
- X
- Other Apps
Vortiċi. Vortiċi jdur madwari, Imqar li nista’naf x’qed jgħidu Dawk t’hemm barra, X’qed jistennew mingħandi Xħin nitperreċ fil-gallerija; Jekk hux xi kerubim bix-xabla tan-nar Iddur dawra mejt – hawnhekk ħadd ma jidħol Inkella djaknu stunat Jintona l-Eksultet. Vortiċi jdur madwari Dari kont aktar kuraġġjus Illum ma baqgħali ebda ħajra Li noħroġ nisfida Lid-dellijiet ta’ mal-ħitan U l-iħirsa li jiġġerrew U s-simulakri li jgħammru Fil-baħħ ta’ dawn it-toroq, Inkella l-istatwi tal-karta pesta Jikkuntemplaw l-allat foloz li ħalquhom. Jekk noħroġ ikun biss Sabiex infittex ilwien ġodda. Alfred Grech Sibt Il-Għid. 04/04/2026.
- Get link
- X
- Other Apps
Xejn Mhu Jiġri. Ikun hemm żmien li mqar ’kk insodd widnejja Li l-ħsejjes ta’ madwari qatt ma jaqtgħu Minħabba l-ossessjoni illi ngħodos Minflok li niggalleġġja fuq wiċċ l-ilma. U jkun hemm żmien nixtieq li lanqas nisma’ U nagħmel ta’ bir-ruħi xejn mhu jiġri, Li miniex hawn, li ż-żmien kien issa wieqaf ’Mma nibqa’ kkundannat li nibqa’ nisma’ Dak li ma ridx, mingħajr ma jirnexxili Li nagħmel ta’ bir-ruħi miniex nisma’. Alfred Grech 31/03/2026.
- Get link
- X
- Other Apps
Kull Meta. Kull meta t-tifkiriet U t-tikek tan-nostal ġija Jibdew jaħarqu l-vixxri U l-ponot tas-subgħajn Jitilfu s-sensazzjoni Inħoss li ħriġt minn ġismi U nsibni x’imkien ieħor. Kull meta nqum filgħodu U l-ħajra illi noħroġ Minn taħt il-friex Tonqos bil-qatigħ Inħosni bħal iltim F’pajjiż li ma nafux U f’dinja bla tifsira. Kull meta nħossni waħdi Bla saħħa u mingħajr ġieħ Inġorr fil-but il-ħażna Li tibqa’ mill-għanjiet Niftakar fir-rebbiegħa li waħdi jien miniex Niftakar l-għandi lilek O poeżija. Alfred Grech 26/03/2026
- Get link
- X
- Other Apps
210 Tiegħek ritratt qadim li jibqa mwaħħal Biex min ikun għaddej jiftakar jibqa’, Tqanqila u dehxa waħda ta’ minuta U nkun insejt kif ninseġ poeżija. Bħal daqqa t’għajn lil xbieha fuq il-mafkar Min waqaf għal ftit ħin kien dejjem mgħaġġel; Tinsiex li xħin qed ngħanni dina l-għanja Inkun immiss il-wiċċ tal-ilma qiegħed. Għadira fejn hemm jgħumui biss l-insetti Inkella wiċċ il-mera tirrifletti l-immensita ta’ dak li hemm ġo fija li huwa mmakulat u jibqa’ għal dejjem. Tkun xrara waħda biss li terġa’ tqabbad In-nar divin inkella kewkba feġġa. Alfred Grech 19/03/2026