Dan Hu Li Jżommni Ħaj.
Hu dan li jżommni ħaj:
Li noqgħod ngħidlek ta’ kull jum
Kemm int sabiħa.
U noqgħod nipperswadi lili nnifsi
Li f’dinja tal-profeti,
Li f’dinja tal-kretini
Għad hemm xi post għalija.
Dan hu li jżommni ħaj:
Li f’dinja tal-iħirsa
F’dina simulakru
Għad nara lilek ġejja
Imżejjna u risplendenti
Tiżfen fuq id-duħħan.
Int kont saħħara li dehertli fuq l-iskrin
U issa sirt id-dell
Li mank il-lejl ma jġerraħ
Għax tiġi bħall-leħma
Xħin nibda l-karti nbexbel
U naħfnek bejn idejja
Bħal fewġa li tgħaddi
U xejn ma jibqa’ minnha.
Alfred Grech
28/10/2026

Comments
Post a Comment