Posts

Showing posts from January, 2024
Image
  Aħna Nibqgħu Noħolmu.   Aħana nibqgħu noħolmu dawk il-ħwejjeġ Fid-dlam ta’ xħin il-lejl hu fl-aqwa tiegħu Biex jostor dawk l-ilwien ta’ ward ifewwaħ Il-ġnien fejn qatt ma konna nsewdu qalbna Fis-skiet tal-art għammiela fejn iħaddru Tamietna li fi qlubna qatt ma nixfu.   Id-daqqa t’għajn li tajtni hija l-ħarsa T’għajnejja iffissati fil-penumbra Ta’ dellijiet ir-ruħ.                              Jekk jiena norqod F’ħoġrok ikun għaliex ma naħsibx aktar Inkella għax mnejn tlaqt irrid nitbiegħed. Ejj’issa biex noqgħodu t-tnejn li aħna Nilgħabu bil-misteri u inti għaddili Subgħajk mix-xagħar ta’ rasi u oqgħod għidli Kemm tħobbni jew bil-ward li jiftaħ f’Mejju.   Alfred Grech. 312/01/2024
Image
  Qatt La Tiġi.   Qatt la tiġi biex taqsam ix-xmara Qatt issejjaħ l-iħirsa minn rajk, Qatt ittawwal il-bogħod ta’ bejnietna, Qatt tistaħba fid-dlam ta’ warajk;   Iżda, ejja u fittixni fl-inħawi Fejn il-ħarsa tintilef fis-skiet; Ejja u imraħ fil-beraħ ta’ qalbi U fil-fwieħa taż-żiffa l’għaddiet.   Jien niftaħlek il-bieb tad-dar tiegħi, Jien nifrixlek tapit aħmar nar, Fi ġnien l-Għeden biex nieklu mill-frotta Imqar jekk nibqgħu ngħixu ta’ fqar.   Alfred Grech 30/01/2024
Image
  Ferħ U Sliem.   Ferħ u sliem It-tbissima fuq wiċċ it-tfajliet Li ma jagħrfu ebda ħażen, It-titjira ta’ għasfur jittajjar Bla ma jagħraf it-tiġrib Mill-bniedem qerriedi. Il-ħmura ta’ filgħodu Twiegħed jum ieħor sabiħ. Hu sliem u barka li jixtiequ L’omm u l-missier lil uliedhom. Hi misterjuża l-ġibda Li tgħaqqad lin-namrati U ta’ serħan it-tnegħida Li toħroġ mill-fomm Ta’ min isib dak li jkun tilef. Il-ħajja leħħa ta’ berqa Li tgħib qabel tinstema’.   Alfred Grech 29/01/2024  
Image
  Hemm Triq Li Minnha Tgħaddi.   Hemm triq li minnha tgħaddi Fil-qalba tan-niżġa taż-żmien Hemm sentinella xiħa Li bħal kanċell tiftaħ bieb fuq l-imgħoddi. Hemm rixtellu tal-injam imnaqqax Biż-żmien u bit-tiċrit li jaf il-qilla Ta’ kull taqbida U t-toqol tas-sekli. Kull xaqq hu bħal kjażmu li jislet il-karba T’uħux minsijin U jħażżeż il-misteri Ta’ żminijiet mogħodija.   Hemm bieb li trid tgħaddi minnu Iż-żaqżiq taċ-ċappetti Sar sinfonija tal-imgħoddi, Sunett li ż-żmien Issefes fil-widnejn.   Alfred Grech 27/01/2024
Image
  Lil Ginette.   Din l-aħħar tislima lil ruħ li ħallietna Tgħannieqa mal-ħemda, maż-żiffa tar-riħ. Għax ġwejda dil-mara bħall-bews ta’ Żefiru Għax għexet u tħabtet u ħabbet bis-sħiħ.   Fil-baħħ tal-ispazju, fil-ħemda tan-niket Fil-ġnien illi jwarrad il-ward li jitbiel; Fin-newl ta’dil-ħajja mgħottija bil-velu, Din l-għanja li siktet, l-għasluġ illi miel.   Din l-għanja ta’niket, dil-ġrajja mitmuma Dal-ktieb li jingħalaq, u xejn bħal ma kien. Il-passi bdew jidwu fis-swali tal-ħemda Mimlija bil-fwieħa u dawl kullimkien.   Mhux ser tiżfen aktar, iż-żifna tal-ħajja Mal-kwiekeb li jroxxu bħall-fidda tad-dmugħ. Hi qabdet triqitha fid-dawl u fid-dija U ssellem għall-aħħar il-biki mismugħ.   Fid-diwi jirbombja li jdomm kull tifkira Fil-ħemda kull tama titwieled mill-ġdid, Fil-wegħeda magħmula taħt sema dehebieni Tal-ħajja li tiżboq il-mewt fit-tiġdid.   Ngħidulek addio! sinjura ġentili Xħin issa se titlaq ix-xefaq kien, U aħna li bqajna f’dal-wied u f’did-dalm...
Image
  Xewk Iniggeż.   Xewk inigges kliemek U msiemer li magħhom idendlu l-inkwadri Għeliem ta’swat li saru Dellijiet twal matul ħitan l-isqaq Inkella grafiti li jfakkruk Li t-tmiem qed joqrob. Hekk bħal meta tagħlaq sninek U jibdew jawgrawlek. Emmen dejjem fl-għama tiegħek innifsek Li bħal qalbek qatt ma jeħber żmerċ, Inkella dawk l-ilħna tal-muti Jitgħanqu ma ruħek U joħolqu tbissima . . Joħolqu sinfonija.   Alfred Grech 18-01-2024.    
Image
  Infittxu ż-Żernieq.   Infittxu ż-żernieq Qalb id-dlam ta’ ġewwa fina Inġigantiti mid-dellijiet stampati Ma ħaġar wieqaf Meta lanqas il-ħsejjes tal-insetti Ma jinstemgħu. Id-dawl tax-xemx Ma jiskorrix l-ogħla bejt tan-naħħa l-oħra Meta l-eklissi tax-xewqat Ma jwelldu qatt It-tnehid tal-abbissi. Għad nerġgħu niltaqgħu Fil-ġenna tal-art li ħlomna Bit-tifkiriet tal-ġrajjiet li ġarrabna.   Alfred Grech 17/01/2024
Image
  Nixtieq Lii Nasal.   Nixtieq li nasal lilhinn mill-mewġ Li jbus l-irdum ta’ riġlejk Nixtieq li nirkeb mirkeb Li jwassalni lilhinn mix-xfar T’għajnejk Li jsalpa u jżomm il-pass Mal-kewka ta’ filgħodu. Irrid nistrieħ taħt sema kwiekeb Li jroddu l-ferħ ta’ tfajjel ċkejken Irrid immiss is-sħab u nerġa’ lura U nfittex li nintilef F’kull waqt tal-ħajja Fil-ħolm li jispiċċa Ma sbieħ il-għodwa.   Alfred Grech 16.01.2024
Image
    Dak Kieniż-Żmien.   Dak kien iż-żmien Li konna niktbu l-poeżija Fuq noti u rimi Li ma jdoqqulniex.   Dak kien iż-żmien Meta x-xemx kienet tisreġ U aħna ntaffu sħana Inbilli xuftejna fl-imbid abjad inġazzat.   Dak kien iż-żmien LI konna ngħumu minn ponta s’oħra Mingħajr ma nkejlu l-qama Li ġġorna ’l-quddiem.   Illum intfittex lilek U lilek ma nsibekx U qatt ma nasal.   Alfred Grech 14/01/2024.
Image
  Seduċenti.   Sedu ċ en t i dan is-skiet Jifrex it-tapit tas-solitudni.   It-tokki tal-arloġġ il-passi tiegħek Iqnqlu wiċċ il-wiċċ seren Ta’ baħar ħiemed.   Ħieles dan il-waqt mix-xita tiegħek Kliemek kollu msiemer Xħin mingħalik tnewwili idek Iktar ngħodos.   U dan mhuwiex il-jum Li fiħ niġi nħabbatlek Biex tferrex il-petali tal-ward Inkella ‘l weraq tonfoħ tal-ħarifa Li jsiru l-versi tiegħi.   Alfred Grech 12/01/2023.  
Image
  Bħal Pendlu.   Bħal pendlu qed tixxejjer bla ma taqta’ Jekk tridx li tieqaf hawn inkella tkompli; Tagħmel bħall-bebbuxu fil-korazza, Toħloq is-skiet u l-ħemda fejn tistaħba Jew tgħix il-baħħ u ż-żmien tas-solitudni. Bħal bandla tiela’u nieżla bis-sussulti Tal-għawġ u x-xorti tajba tfittex spalla Inkella xi tbissima tqawwi ’l-qalbek Għax tibża’ li d-dell tiegħek jiġi qablek. Jien nibqa’ hawnhekk nistenna li ssejjaħli U nishar il-waqtiet tal-uġih tiegħek.   Alfred Grech 10/01/2024
Image
  Ir-Rih Ivenven.   Li r-riħ ivenven naf mix-xquq tat-tieqa u jien nistenna li għada jirbaħ is-sens komun imqar jekk għada ma nafx x’burdata se nqum biha. Din hi bandla tiela’u nieżla Qisu l-infiħ ta’nifsi Taħbit il-qalb Fis-siegħa tal-istennija. Min jaf jekk għada iqawwix il-qalb U jiena nieqaf   nittanta xortiija Mingħajr ma nitlef aktar żmien Jew nintilef?   Alfred Grech 09/01/2024
Image
  Xi Minn Daqqiet 2.   Xi minn daqqiet trid toħroġ barra Biex tħares lejk innifsek; Trid tħares ftit mill-bogħod Biex tgħaraf int min int. Trid titla’ fuq muntanja Biex tgħaraf kemm int ċkejken, U daqqa t’għajn għandha mnejn Tkun agħar minn daqqa ta’ ħarta. Bewsa tħalli marka għal ħafna snin. Xi minn daqqiet biex tifhem sew Trid tħott dak li tgħallimt. Biex tgħaraf sew il-ħajja Trid tinqaleb ta’ taħt fuq’ U biex tkun taf li qiegħed f’dinja Trid l-ewwel tibda’ tgħix.   Alfred Grech 06/01/2024
Image
  Versi .   Id-dlam li hawn madwarna Bħal baħħ li hemm ġo fina, l-uħux li rġajna ħloqna fuq karru jiġru bina.   Il-bogħod lli hemm bejnietna Jitnaqqas mingħalina Jitnaqqas ma kull kelma Imqar jekk tkun ħanina.   Hawnhekk aktarx li konna Imbagħad irġajna ġejna Bit-tama li xi darba Nibdew minn fejn ħallejna.   Alfred Grech 05/01/2024