Qatt La Tiġi.
Qatt la
tiġi biex taqsam ix-xmara
Qatt
issejjaħ l-iħirsa minn rajk,
Qatt ittawwal
il-bogħod ta’ bejnietna,
Qatt tistaħba
fid-dlam ta’ warajk;
Iżda, ejja
u fittixni fl-inħawi
Fejn il-ħarsa
tintilef fis-skiet;
Ejja u
imraħ fil-beraħ ta’ qalbi
U fil-fwieħa
taż-żiffa l’għaddiet.
Jien niftaħlek
il-bieb tad-dar tiegħi,
Jien nifrixlek
tapit aħmar nar,
Fi ġnien
l-Għeden biex nieklu mill-frotta
Imqar jekk nibqgħu
ngħixu ta’ fqar.
Alfred
Grech
30/01/2024
Comments
Post a Comment