Min Hi Dir-Ruħ? Min hi dir-ruħ li llum ma tridx tħallina, Trid tibqa’ hawn titbandal tiela’ u nieżla’ Ma mewġ il-baħar bla ma taf fejn sejra? Għaliex trid tkompli tterraq f’din il-mixja, F’deżert battal, f’deżert mingħajr oasi, Xefaq bla tmiem, siparju jisparixxi? Għaliex trid tibqa’ tqum ta’ kull filgħodu U tara daqshekk ċar: trid terġa’ tidħol Fil-qalba tad-duħħan fil-baħħ tal-ħajja Fid-dlam ta’ din il-ġrajja bla ġejjieni? Aħjar ma tħarisx lura u ġġor miegħek It-toqol li ġġib magħha kull tifkira, Biex hekk ma tkun tlift xejn , għax ħafna drabi Aħna l-bnedmin qiegħdin iż-żifna niżfnu Ta’ min ikun iħallas lid-daqqaqa. Alfred Grech 26/02/2025.
Posts
Showing posts from February, 2025
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Tiġi Biex Ittajjar. Jekk tiġi biex ittajjar l-isbaħ tajra U ssib li riħ m’għandekx u l-arja tqila, Issib li mqar id-dgħajsa fuq ix-xtajta Imdawwra b’ħafna tfal jistaqsu ’l-għala. Jien kont intik rigal imqar il-baħar, Inkella f’dad-deżert it-tnejn niltaqgħu U bħal viljakk bl-iskuża tal-imħabba Nonfoħ weraq l-uġiħ f’wiċċ it-tifkira. Alfred Grech 25/02/2025
- Get link
- X
- Other Apps
Kont Ħsibt. Kont ħsibt li sirt pis ieħor fuq spallejja, Sakemm ġejt hawn insellem it-tluq tiegħek, U sibt li qed tgħattiħ id-dawl t’għajnejjja U lura mort fit-toroq tat-tifkira. Kont ħsibtek ġebla tqila biex terfagħha Tagħbija illi qatt ma kienet tiegħi, Sakemm il-vrus bdejt nikteb biex ngħannilek U sibt li dan ma kienx għajr ċpar li jgħaddi. Kont ħsibt li kelli pjan li ridt infassal U inti kont ix-xkiel li qed jankrani, Sakemm imbagħad ħassejt il-qawwa tiegħek, U bdejt bil-ftit il-ftit tgħib u titbiegħed. Alfred Grech 24/02/2024.
- Get link
- X
- Other Apps
MA nafx Jekk Għadekx. Ma nafx jekk għadekx magħna nkella tlaqtna, M’għedtilna xejn, u lanqas trid issellem. Sirt bħal peota tlift il-kliem u l-għana, Itterraq f’nofs desert ma tafx fejn sejra. Jien ma nemminx li kollox għadda u telaq, Jien ma nemminx li l-lejl se jibqa’ għal dejjem. . ., Is-skiet tiegħek nimlieħ bil-kliem u l-għana, F’dil-ħolma bejn il-qtiegħ il-qalb u t-tama. Alfred Grech. 23/02/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Mhux Illum. Jekk mhux illum titħalla għal darb’oħra, Jum wara jum titilgħu dal-kalvarju It-telgħa tas-salib li m’hemmx li tgħaddi U għal ħaddieħor tkun l-għelm tal-imħabba. Jekk mhux illum titħalla għal darb’oħra Ittawwal tista’ biss u mhux jitwarrab, L-appuntament li ħadd ma jaħrab minnu Imqar jekk mhux fil-waqt li tkun tistenna. U għadna ma nafux jekk din hix logħoba Inkella jekk tassew hux vjaġġ li jgħaddi, Drajniha wisq dil-logħoba mistoħbija U m ngħarfux is-sens tal-apparenza. Alfred Grech 20/02/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Lil Ommi. Int issa sirt bħad-dell li jiġri w’rajja Ma nafx jekk tkunx tifhimni jekk inkellmek Fi nżul ix-xemx fejn kollox isir itwal, Bħal-leħen li jfesfisli ġo widnejjja U sewwasew ma nafx xi tkun qed tgħidli. Int issa sirt bħall-għana tal-għasafar Fi sbieħ il-jum ta’ ħolm li mank jitwemmen, Is-skiet li jsemma leħnu fis-sbuħija U fl-istess waqt iġorr il-pis tal-ħajja. Inħoss it-telfa tiegħek u għadek magħna Imqar jekk ma kienx baqa’ xejn xi ngħidu; Int issa sirt bħar-riħ li jġorr il-weraq, U l-leħen ta’ min dejjem jgħid is-sewwa. Alfred Grech 19/02/2025
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Int Terġa’ Ssejjaħli. Jekk int terġa’ ssejjaħli mhux se nwieġbek Għax kelli mmur malajr mingħajr ma nsellem, Bħal leħħa dawl li tolqtok u tbiddillek Id-direzzjoni, il-kors tal-ħajja tiegħek. Nixieq li kieku għandi xi twiddiba Nibgħatlek bewsa illi tmiss lil-qlabek Li ttaffi t-togħma qarsa u tisfida l-assurdita’ ta’ ħajja desolanti. Bħar-rix fir-riħ il-kliem li tkun ħallejtli U leħnek jibqa’ jħabbat b’ritmu mistħi, Il-ħin bħax-xemx li titla’ bla ma tinżel Ma jiswa’ xejn li terġa’ ġġibni lura. Alfred Grech 19/02/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Kliemek. Kliemek, Imqar jekk ming ħ aj r ħ sejjes Jien nismag ħ hom. Kliemek Imqar jekk int ma tafx Jipnoti żż awni U nibqa’ ħajti kollha Imsaħħar. Arani, Bdejt ninħall Nintilef f’oċean Tat-tifsir li jien biss naf. Imqar jekk kull m’għamilt Kien biss li ksejt misteru B’yikketta ġdida. Alfred Grech 17/02/2025
- Get link
- X
- Other Apps
Jiżolqu Bejn Is-Swaba. Jiżolqu minn bejn s-swaba Il-kwiekeb li jdubu fi sbieħ il-jum Li kieku kelli l-kiem kont nagħmel sfida Iżda s-skiet imdawwar miegħi bħal liżar. Jekk jiena nitboq fommi nisma’ lilek Bħal diwi li jirbombja ġewwa moħħi. Bħal friefet li jitolbu li jimirħu Dak kollu li trid taf mill-fosdqa joħroġ. Kliem jiena m’għandix Biex jifqgħu bżieżaq t’arja fuq wiċċ l-ima U dak li trid tkun taf Mhux ser tkun tafu. Alfred Grech 15/02/2025
- Get link
- X
- Other Apps
Trid Taħfirielu Dil-Kundanna. Kuljum iħoss il-pis ta’ dil-kundanna, Tbenġil li ma jfiq qatt, ġrieħi miftuħa, Uġiħ li jbejjet trejqa il-memorja U jibqa’ jġorrha miegħek sa ma ttemmu. Trid taħfirielu; trid toħorġu minnha, Teħilsu darba għall-dejjem minn dal-ktajjen. Int ħlaqtu bex igawdi mhux biex jisħet Dak il-jum li fih beka għall-ewwel darba. Ħalli l-imrar jinħall fiż-żlieġ tax-xita U qalbu terġa’ ssib is-sliem u l-paċi, Jerġa’ jmiur lura, mill-ġdid jitwieled jerġa’ Eħilsu darba għall-dejjem mill-kundanna. Alfred Grech. 15’02/2025
- Get link
- X
- Other Apps
Ma Nafx X’Qed Taħseb Inti. Ma naf x’qed ta ħ seb inti . Ħsibijieek Bħal kwiekeb li qed jimxu u qed jitbiegħdu. Int tiddi f’univers fejn jien qed negħreq Jew tfesfes il-misteri ġo widnejja. Is-skiet qed jirrakkonta l-ġrajja tagħna, Tal-baħħ fejn tista’ ssib il-kewkba tiegħi, Għalhekk taħt dan is-sema ta’bla kwiekeb Nistaqsi sewwasew int x’qiegħda tara. Jiena naf biss li qiegħda wara l-kwinti Naf biss li fuq xuftejk hemm it-tnissima Li taqbel mal-irtokk u dak li tilbes Marsus sabiex ifisser int min inti. Alfred Grech 09/02/2024.
- Get link
- X
- Other Apps
Nitkellem Fis-Silenzju Qed Jitkaxkar. Nitkellem fis-silenzju qed jitkaxkar Bħan-nida li titgeżwer ma subajja Il-ħsieb isejjaħ iżda xofti rieqda U l-leħen jibqa’ lsir tar-rieda tiegħi. Inħażżeż l-arja b’linji ta’ sieket ħieles Mitluf bejn spażju u ħin ma nafx fejn sejjer Kull kelma saret diwi qed jirbombja Kull sillaba bħal mażra mdendla m’għonqi. Alfred Grech 08/02/2025.
- Get link
- X
- Other Apps
Kif Ma Ntbaħniex? Kif ma ntbaħniex li aħna qisna dgħajsa Bla tmun, bla qlugħ ninġarru mal-kurrenti? Kif ma ntbaħniex bit-tarf tal-preċipizzju U bqajna għaddejjin ilkoll assenti? Kif ma ntbaħniex li huma paralelli Kull univers li fih flimkien terraqna, Ma kien hemm xejn ta’ xkiel li seta’ jżommna, U mmorru nerġgħu lura minn fejn tlaqna? Kif ma ntbaħniex kull darba li s-sinjali Bdew jidhru ma kull xaqq u konsentura? Imqar il-fewġa kiesħa f’nofs ottubru Bdiet tfesfer ġo widnejna l-konġuntura. Matul iż-żmien misluf flimkien imxejna Bl-amment fuq art qed timxi taħt saqajna, Diġa’ bdiet nieżla x-xema imm’aħnan ħsibna Li l-lejl ma jasal qatt u nimxu bqajna. Ilkoll rajnieħ il-baħar qiegħed jofroħ U d-dawl minn fuq ix-xefaq isejjħilna, Imm’aħna xorta waħda bqajna niżfnu Iż-żifna illi żifnu ta’ qabilna.. Kif bqajna bla ma ntbaħna li l-imħabba Ma twarrab qatt fi qlub fierħa u battala, Li s-swar li biex jirfduna konna bnejna, Spiċċaw ħabs tagħ...
- Get link
- X
- Other Apps
Li Kieku Stajt. Li kieku stajt ninbidel u nsir anġlu U nibda ntir ’l-fuq mis-sħab tas-sema Nintilef f’xi illużżjoni jew xi ħolma U nidħol fuq il-ponot ta’ subgħajja F’moħħok u l-ħsieb tiegħek nisseduċi. U jista’ jkun ma nsibx il-kliem li jogħla U jitla’ ’l-fuq mis-sħab, imma bħal gawwi Nittajjar kontra r-riħ u nerġa’ lura. U jien li nistaqsik u rrid nisimgħek Niġri warajk għax naf li hemm dinja oħra F’tinwieħ ir-riħ u l-aħħar mess tal-kordi. Alfred Grech 01/02/2025