Ma Nafx X’Qed Taħseb Inti.
Ma naf x’qed taħseb
inti. Ħsibijieek
Bħal kwiekeb li qed jimxu u
qed jitbiegħdu.
Int tiddi f’univers fejn
jien qed negħreq
Jew tfesfes il-misteri ġo
widnejja.
Is-skiet qed jirrakkonta
l-ġrajja tagħna,
Tal-baħħ fejn tista’ ssib
il-kewkba tiegħi,
Għalhekk taħt dan is-sema ta’bla
kwiekeb
Nistaqsi sewwasew int x’qiegħda
tara.
Jiena naf biss li qiegħda
wara l-kwinti
Naf biss li fuq xuftejk hemm
it-tnissima
Li taqbel mal-irtokk u dak li
tilbes
Marsus sabiex ifisser int
min inti.
Alfred Grech
09/02/2024.
Comments
Post a Comment