Posts

Showing posts from April, 2025
Image
  Kull Darba. “ E le giovani donne in quei mesi vivono nuovi amori ” Battisti- Mogol, ”I giardini din marzo”   Imqar bl-ilwien il-ġonna Jisfjoraw   l-arkata tal-qawsalla, Imqar ħarset għajnejk Tiżżerżaq man-nofs felli ta’ qamar kiebi Jittewweb   bin-ngħas fuq qabar ħiemed.   Kull darba li niltaqgħu inti tgħidli Li tħoss tferfir f’idejk Imbagħad it-tbissima ta’ fuq xuftejk turini Li l-kbir għadda U li r-rebbiegħa reġgħet waslet.   Nagħtik biex tiekol minn idejja U tgħidli l-għadek tħobbni Biex   fil-ġonna ta’ marzu Tiftaħ blanzun ieħor Għall-ewwel darba.   Alfred Grech 24/04/2025
Image
  Telfien.   Bħalma ma nistgħax Inġib lura ż-żmien li fih gawdejna Hekk ukoll ma nistgħax Inġibek lura Għaliex bħax-xmara iż-żmien Li jibqa’ għaddej jimbotta Sa ma jasal sal-kaskata. Bħalma tlaqt  tbiegħedt U ntlift fi-ċpar tal-bieraħ Hekk ukoll għalxejn idejja ntawwal.   Alfred Grech 22/04/2025
Image
Ma Jiswa’ Xejn.     Ma jiswa’ xejn li tfajtna f’din l-arena Qalb ħafna gladjaturi qed jissierltu Għax b’hekk urejtna sew kemm tiswa’ l-ħajja Qed noqtlu lil xuxin biex b’hekk impaxxu Lil dawk li jitbaħartu fid-demm tagħna.   Ma jiswa’ xejn li tfajtna f’nofs il-merħla Ta’ nagħaġ qalb ħafna lpup ilkoll imliġġma Fis-saltna ta’ twemmin u tradizzjoni Imxaħxna u mitlufin fl-aljenazzjoni   Għaliex dak kollu jodd kien fi żmien ieħor Meta t-twemmin kien jgħatti baħħ il-ħajja l-assurdita’ li fiha l-bniedem jaqdef u b’dak li jseħħ illum timtela’ l-ġrajja.   Ma jiswa’ xejn għax xejn ma jibqa’minna U fieraħ kull ma jiġri, qisu ħolma.   Alfred Grech L-Għid Il-Kbir 20 ta’ April 2025
Image
  Ma Tkunx.*               Ma tkunx qed tagħmel ħaqq Mulej jekk tħalli Lil min jibgħat għal ġlied jew biex jinqatlu Mijiet t’eluf ta’ nies disorjentati Biex joqtlu nies oħrajn ilkoll bla ħtija.   Ma tkunx qed tagħmel sew jekk ħalli jidħol Fil-ġenna tiegħek jew f’xi ġenna oħra Lil min xita ta’ bombi qiegħed jitfa’ Fuq nies ma jaħtu xejn, bil-kwiet ġo djarhom Li m’għandom x’jaqsmu xejn ma min sawwathom.   Jekk tridni tassew nemmen illi għandek Id-dehen jew il-viżjoni illi tifred Il-qamħa mis-sikrana jew li ssalva Lil min ġo din id-dinja kien jistħoqqlu Urini li l-miżien jiddaqqas f’siktu U għaliex qed tħalli ssir dil-ħerba kollha Meta dan il-kopjun jinkiteb seta’ Diversament u b’mod illi jinftiehem.   Fl-aħħar għidli ftit għaliex qed tħalli Lil min jinqeda bl-Għid imqaddes tiegħek   Biex jagħlef il-ħuġġieġa li qed tħeġġeġ.     Alfred Grech. Sibt il-Għid 19/04/2025   *Miktuba wara li fi...
Image
    Issa Tbiegħedt.   Issa tbiegħedt lil hinn minn dan ix-xefaq ix-xefaq li naraw, b’idejna mmissu, idejk ħallewħ it-tmun ħallew il-maqdef id-dagħajsa ma tinħtieġx ir-riħ biex timxi. Bid-daqqa ta’ skalpel innaqqax ismek Iż-żmien sar il-parentesi li ntesa. Kemm kien ħafif li ttir u tibda’ togħola U tgħib il-fuq mis-sħab biex tirrakkonta Fiż-żmien li ma jgħaddix il-ħolm li toħlom Biex jiena bħal mistieden niġi nżurek U nerġa’ nixgħel fjamma ta’ kull darba U nħoss li qatt ma tlaqt għax għadek magħhna.   Alfed Grech. 17/04/2025,
Image
    Imxejt.   Imxejt il-kurituri tal-lejl tiegħi Fejn waħdu s-skiet jitkellem f’mirja mgħawwġa; Fejn il-ħitan kull isem illi ninsa’ Jiftakru. Fejnmaniltaqa’ ma kull xifer Misnun tal-ħsibijiet li m’għandix ħila Inlissen   fil-miftugħ, u ma kull weġa’ Nitgħallem kif mill-ġdid nistejqer nerġa’. Xħin nifli d-dalma tiegħi jien nitgħallem Li wara l-uragan f’għajnejn ħaddieħor Aktarx li weġa’ hemm u mhux theddida. Nitgħallem inżomm id bla ma nsaqsi Fejn kienet. L-uġigħ ta’ ħaddieħor noqgħod Nisma’ bla ma nipprova kif infejqu U noqgħod fis-silenzju bla ma nibża’. Għax huwa biss min sellem lid-dell tiegħu Li jista’ jġib id-dawl bla ma jinħaraq.   Alfred Grech 15/04/2025
Image
  Blat tal-Eżistenza Meta titwieled f'post ħażin, fejn id-dlam jaħbi kull xemx li tkun naf, t itlef   il-ħolm tiegħ ek bħal fwar ta’ nifs fix-xitwa, qalb iż-żrar ta' triq mitluf a . L-aħħar leħħa tolqtok darba għal dejjem , imbagħad tinħeba wara l-blat tal-eżistenza. Mibni mill-ġebel aħrax illixxjat bir-riħ, bir-riħ li jaf biss j onfoħ tqanqliet u susssulti vulgari , mhux biex jikkalma. U jien? Bqajt ninġabar bħal frak ta’ tħassib taħt toqol il-ħtija , fejn kull pass li nagħti jsarraf telfa ġdida , u kull silenzju — għajta li ma tinstemgħax . Alfred Grech 13/04/2025  
Image
  Stħajjiltek Li Kont Tarka.   Stħajjiltek li kont tarka Xħin fl-eqqel kont tal-ġlied, Inkella  paraventu F’burraxka li tiżdied.   Hawnhekk fuq dina l-għatba Inħossok aktar qrib Minn meta kont interraq U terfa’ kull salib.   Nistħajlek tnewwel idek U tmiss l-eternita’ U tibgħat mewġ li jidwi Tul din l-immensita’.   Illum tifhimni aktar Għalkemm kont ħsibt li tlaqt, Xħin qbist il-barrikati Fis-seħer ta’ dal waqt.   Alfred Grech Ħimiterju ta’ Santa Marija 11/04/2025
Image
  Jekk Int Skoprejt Ġnien l-Għeden.   Jekk int skoprejt Ġnien l-Għeden U lili mgħedtlix bih Kif trid li nżomm ir-ritmu U nilħaq pass ir-riħ.   Għalxejn tgħix f’tarf l-ispazju U fost dak it-tifrik Il-verita’ tispikka U d-dieqa tittradik.   Minn hawn sa tarf id-dinja Hemm ħafna trufijiet U qatt ma kont ser nobsor Li rbatt il-brejkijiet.   Alfred Grech 11/04/2025
Image
  Jidellek il-Ħsieb.   Jiddellek il-ħsieb kull xħin tiba’ taħseb, U l-mera qed tiċċajpar illi fiha Tħares biex tara min wrajk isegwi F’kull tarġa li trid titla’ bit-tbatija.   Għalhekk l-abbiss jibilgħek u trid tibda Tinsa’ lilek innifsek u tintilef F’xi droga alluċinanti ħalli jgħaddi Iż-żmien li jsir id-dejn li jkun insilef.   Irid ikun ir-riħ li jġorr quddiemu Il-weraq iddisprat f’din it-tellieqa Mal-ħin taf li x-xema qed tinħela Tisdtaqsi kif se tkun l-aħħar tgħannieqa.   Alfred Grech 09/04/2025
Image
  Univers.   Xħin tħares lejn is-sema tkun qed tħares Lejn dellijiet tal-bieraħ li jintiżġu Ġrajjiet li qatt ma kienu mill-imgħoddi Triqat li qatt ma qbadt, bibien magħluqa.   Ġejjieni li taraħ fuq l-għatba t’għada Bħal ċpar lil qed jitqal bla ma jintiżen, Hawn waħdi f’din id-dalma nikkuntempla Bejn dak li hu u dak li qatt ma nilħaq;   Addiju sieket lill-iħirsa t’għada, Xbighat li tara bla ma tista’ żżurhom.   Alfred Grech 08/04/2025
Image
  Lilek.   Lilek ma narakx biss fil-famma li qed tnemnem Ta’ xema li qed taħli lilha nfisha Ta’ dawl li fuq l-eternita riflessi jixħet. Lilek nisimgħek dejjem qed tkellimni Fil-poeżija, Fin-noti twal u rqaq tas-sinfonija. Lilek mhux biss narak u mmissek Fiċ-ċpar qalil tal-eżistenza Ikella fuq xi star li jgħammad kollox Għax tibqa’ tħabbat il-bibien ta’ moħħi B’insistenza U taqra tibqa’ l-kteib ta’ ħajti Sal-aħħar Sentenza.   Alfred Grech 03/04/2025
Image
Ridt Nerġa’     Ridt nerġa’ nxomm ir-rieħa tal-ward niexef, Ridt nerġgħa mmiss b’idejja l-irtubija Potpouri ġo vażett u l-għaraq nieżel U s-saħħa illi ssarraf f’enerġija .   Ridt nerġa’ nħaddan l’għera f’żokk mis-siġra U nqalleb ta’ taħt fuq ftit tal-ħamrija, U nerġa’ ntiehem ftit mill-arja pura Li terġa’ lili tfakkar fiż-żgħożija.   Alfred Grech 02/04/2025