Ridt Nerġa’
Ridt nerġa’ nxomm ir-rieħa tal-ward niexef,
Ridt nerġgħa mmiss b’idejja l-irtubija
Potpouri ġo vażett u l-għaraq nieżel
U s-saħħa illi ssarraf f’enerġija.
Ridt nerġa’ nħaddan l’għera f’żokk mis-siġra
U nqalleb ta’ taħt fuq ftit tal-ħamrija,
U nerġa’ ntiehem ftit mill-arja pura
Li terġa’ lili tfakkar fiż-żgħożija.
Alfred Grech
02/04/2025
Comments
Post a Comment