Posts

Showing posts from January, 2026
Image
  205.   Bħalissa huwa l-waqt li d-dinja tride k Għax jaħsbu illi tista’ tittrasmetti Il-ferħ innat fil-ġilda trasparenti U ssib li ħin bla waqt l-aptit inqata’. Għax dak li kont qed tfittex issa telaq Inkella xejn ma kien kif kien kif kont taħsibha. Mad-daqqa t’għajn il-lemħa tas-sbuħija Tittrasfigura x-xewqa ta’ li tara U titfa’ dawl qalil f’għajnejn min jara Biex meta l-waqr estrem issibu għadda Xejn ma jkun baqa’ għajr uġiħ u dwejjaq. Aħfejn f’idejk il-waqt li jibqa’ għall-dejjem Għaliex fil-qosor tiegħu hi miljietek U xejn ma jibqa’ għajr id-diwi tiegħu.   Alfred Grech 31/01/2026
Image
  Hemm Triq.   Hemm triq li minnha tgħaddi Fil-qalba ta’ kull żmien Hemm sentinella antika Li tiftaħ il-bibien.   Hemm żmien li jaf il-qilla Ta’ sekli ta’ taqbid, Hemm xaqq li jiftaħ kjażma Li kull ma jmur iżid.   Li jħażżeż il-misteri Li jifrex żminijiet; Hemm bieb li minnu tgħaddi U tmiss l-għeġubijiet.   Żaqżieqa taċ=ċappetti Li twerżaq fil-widnejn Li twelled armonija F’kull-xewqa tagħna t-tnejn.   Alfred Grech 27/01/2026
Image
  204.   Li neħtieġ jien hu biss l-ilwien ta’ wiċċek, Il-libsa dejqa dejqa li tispjeġa, Ċilda bajda, huġbejn u għajnejn li jinfdu Fi kwadru mmakulat li jibqa’ mdendel. Dak li neħtieġ hu biss tikfkira ħajja Imgeżwra ġo qartas li nġorru f’moħħi U r-riħa tal-imħabba illi tarda Mill-ward tat-tifkiriet taż-żmien li għadda. Għax kollox hu duħħan u xejn ma jibqa’, Spettru ta’ waqt li jibqa’ għal dejjem jidwi Fl-isfond ta’ din l-eternita’ mistħajjla Ġo moħħ ma jeżistix, f’widnejn imtarrxa. Issa jekk biss irrid li jien niftakrek Fil-kwadru mmakulat fejn tgħix għall-dejjem.   Alfred Grech 26/01/2026  
Image
2  Ikraħ Tassew.   Ikra ħ tassew il-waqt Li fiħ nintebaħ illi m’għadnix sabiħ f’għajnejk Inkella taħseb illi jiena M’għadnix naqdi aktar ix-xewqat imġebbda tiegħek.   Jien imbagħad aktarx li naghmel f’qalbi U minflok li noqgħod ngħod l-għoqiedi illi rcabtna u truġien li flimkien tlajna nintasab ngħanni taħt il-ħajt tal-mandra tiegħek l-għanja tal-ġifa li baqa’ qatt ma fehmek.   Alfred Grech 20/01/2926
Image
  Jekk nitlef lilek.   Jekk nitlef lilek ma nafx x’ikun Inkun qed ngħum f’wi ċċ l-ilma Riesaq lejn xefaq sieket u battal Mingħajr il-boxxla Mingħajr it-tmun U nibqa’ ma nafx fejn sejjer Inqar jekk naħtaf dak li nħoss Taħt sema kwiekeb feġġejja.   Alfred Grech 18/01/2026
Image
  Quando il Premio Nobel Diventa un Giocattolo Quando il Nobel, corona d'oro e di luce, diventa giocattolo in mani di bimbi viziati, scintille di genio si spengono nel fango, e il mondo ride, beffardo, dei suoi eroi svaniti. La medaglia, un tempo scettro di verità, ora rotola sul pavimento di palazzi vani, tra foto in posa e discorsi di plastica gloria, dove il sapere è merce al mercato dei profani. Che ironia crudele, che paradosso amaro: il sigillo dell'eccellenza, trofeo da ninnolo, sballottato tra like e flash di smartphone, mentre l'umanità affoga nel suo stesso tumulto. Dove sono le menti che squarciavano il velo? Ridotte a pupazzi su scaffali di vanità, il Nobel si dondola come un orsacchiotto logoro, sogno infranto di un'era che non tornerà. Eppure, nel silenzio di questa farsa dorata, un sussurro rimane, eterno e sotterraneo: il vero premio vive nei cuori che osano, non nei giocattoli di chi il genio ha reso un trastullo.
Image
  203.   Jien ġejt hawnhekk biex noqgħod ngħodd il-kwiekeb Mhux b’dawk l-għajnejn li ssolti jgħoddu n-numri Iżda b’għajnejn ir-ruħ li qatt ma jpetptu Kull xrara ċifra f’lejl li jdum għal dejjem Igerbeb romblu għal kull dell li jiżfen Nisma’ t-tfesfis qadim tal-galassiji U l-ħin jinħall fi ħmar il-lejl ċelesti.   Jien ġejt hawnhhekk biex noqgħod ngħodd il-kwiekeb U nfittex fl-univers ir-ritmu tiegħi U nfittex dawk il-ħsejjes li qaluli Għad nisma xħin taħbit il-qalb għad jieqaf U naqbad b’kopp mistħajjel ħolm il-bieraħ.   Jien ġejt hawnhekk biex noqgħod ngħodd il-kwiekeb U nsib lingwaġġ li bih nista’ ninftiehem.   Alfred Grech 11/01/2026.
Image
  Jinżel Is-Siparju.   Hekk f’daqqa waħda jinżel is-siparju Mingħajr ma taf għaliex jew tkun tistenna U jaqa’ s-skiet, jintfew ir-rifletturi L-attur ta’ fuq il-palk ukoll jinħeba.   Jien bħalkom bqajt mibugħ u bqajt nistenna F’ encore jitfaċċa jerġa’ u jtennielna l-aħħar battuti biex niftakru nibqgħu li xejn ma kien tassew, kollox kien reċ’ta.   Għax din ma kienetx għajr traġikummiedja Maħduma fuq kopjun li jibqa’ mtenni, Ma kien xejn għajr ir-riħ li jnaqqaf qiegħa Li miegħu ġarr ukoll il-ferh ta' siegha.   Alfred Grech 06/01/2026
Image
  Il-Ħajja Ma Tibqax Għaddejja.   Le, l-ħajja ma tibqax għaddejja Il-ħajja tieqaf ma kull daqqa Li tlaqqat fuq ħaddejk Tieqaf ftit, tieħu n-nifs U toqgħod tqis il-prezz Li trid tħallas Biex tibqa’ dritt bil wieqfa.   Xi minn daqqiet Li tibqa’ ħaj Mhuwiex u la kuraġġ u lanqas ħila Iżda għejja kronika  ‘mmaskrata bil-qlubija.   Xi minn daqqiet li tqum filgħodu Hu biss  il-mod kif tipprotesta.   Imqar imbenġel Il-ħajja ma tgħallmekx kif tiġri ‘’l-quddiem Iżda kif tibqa’ tgħum fil-wiċċ Mingħajr ma tgħereq.   Alfred Gech 03/01/2026    
Image
  202.   “Għalhekk la tħablux raskom x’jiġri għada Għax għada għalih innifu mbagħad jitħabat Biżżejjed hu għall-jum it-taħbit tiegħu” Minn żmien għal żmien emminna f’dit-tagħlima U ta’ kuljum komplejna nkabbru l-fehema U żmien bi żmien sibniha ddoqq f’widnejna U ma ntbaħniex li d-dinja qed tinbidel U ma ntbaħniex li lilna ż-żmien bidilna Dak kollu li kien jgħodd, jgħodd m’għadux aktar; Kien baqa’ biss li dderri sabiex tinsa’ Inkella illi ttenni t-tpaċpiċ fieragħ Sabiex titkompla għaddejja n-narrattiva U lil xulxin inwensu mit-tmiem riesaq Ineżorabiment! It-tmiem bla siwi.   Alfred Grech 02/01/2026.    
Image
  201.   Imqar fil-qalba ta’ dil-maltempata, Fejn il-ġejjieni jidher mhux f’idejna Fejn l-illużżjoni tfarrket biċċa biċċa, Madwarna ma baqax ħlief bini mġarraf, Ir-ruħ trid terġa’ ssib il-melodija U terġa’ ssib dik l-għanja li tħenniha, Tara mill-ġdid b’għajnejn il-poeżija Sabiex issib mnejn tista’ terġa’ tinfed Lilhinn minn fejn l-għajnejn iwasslu jistgħu, Lilhinn mill-eqreb għolja u l-eqreb xefaq, Lilhinn milli jingħad u li jinstema’ Lilhinn minn dak li nemmnu u li nixtiequ. . . Iżda! Lilhinn mill-eqreb kantuniera Wieħed ma jafx ma xhiex irid jiltaqa’   Alfrd Grech. 01/01/2026.