Jinżel Is-Siparju.
Hekk f’daqqa waħda jinżel
is-siparju
Mingħajr ma taf għaliex jew
tkun tistenna
U jaqa’ s-skiet, jintfew
ir-rifletturi
L-attur ta’ fuq il-palk
ukoll jinħeba.
Jien bħalkom bqajt mibugħ u
bqajt nistenna
F’encore jitfaċċa jerġa’ u jtennielna
l-aħħar battuti biex
niftakru nibqgħu
li xejn ma kien tassew,
kollox kien reċ’ta.
Għax din ma kienetx għajr
traġikummiedja
Maħduma fuq kopjun li jibqa’
mtenni,
Ma kien xejn għajr ir-riħ li
jnaqqaf qiegħa
Li miegħu ġarr ukoll il-ferh ta' siegha.
Alfred Grech
06/01/2026
Comments
Post a Comment