Ikraħ Tassew.

 

Ikraħ tassew il-waqt

Li fiħ nintebaħ illi m’għadnix sabiħ f’għajnejk

Inkella taħseb illi jiena

M’għadnix naqdi aktar ix-xewqat imġebbda tiegħek.

 

Jien imbagħad aktarx li naghmel f’qalbi

U minflok li noqgħod ngħod

l-għoqiedi illi rcabtna

u truġien li flimkien tlajna

nintasab ngħanni taħt il-ħajt tal-mandra tiegħek

l-għanja tal-ġifa li baqa’ qatt ma fehmek.

 

Alfred Grech

20/01/2926

Comments

Popular posts from this blog