205.
Bħalissa huwa l-waqt li d-dinja tridek
Għax jaħsbu
illi tista’ tittrasmetti
Il-ferħ
innat fil-ġilda trasparenti
U ssib li
ħin bla waqt l-aptit inqata’.
Għax dak li
kont qed tfittex issa telaq
Inkella xejn
ma kien kif kien kif kont taħsibha.
Mad-daqqa t’għajn
il-lemħa tas-sbuħija
Tittrasfigura
x-xewqa ta’ li tara
U titfa’
dawl qalil f’għajnejn min jara
Biex meta
l-waqr estrem issibu għadda
Xejn ma
jkun baqa’ għajr uġiħ u dwejjaq.
Aħfejn f’idejk
il-waqt li jibqa’ għall-dejjem
Għaliex fil-qosor
tiegħu hi miljietek
U xejn ma
jibqa’ għajr id-diwi tiegħu.
Alfred
Grech
31/01/2026
Comments
Post a Comment