Il-Ħajja Ma Tibqax Għaddejja.

 

Le, l-ħajja ma tibqax għaddejja

Il-ħajja tieqaf ma kull daqqa

Li tlaqqat fuq ħaddejk

Tieqaf ftit, tieħu n-nifs

U toqgħod tqis il-prezz

Li trid tħallas

Biex tibqa’ dritt bil wieqfa.

 

Xi minn daqqiet

Li tibqa’ ħaj

Mhuwiex u la kuraġġ u lanqas ħila

Iżda għejja kronika  ‘mmaskrata bil-qlubija.

 

Xi minn daqqiet li tqum filgħodu

Hu biss  il-mod kif tipprotesta.

 

Imqar imbenġel

Il-ħajja ma tgħallmekx kif tiġri ‘’l-quddiem

Iżda kif tibqa’ tgħum fil-wiċċ

Mingħajr ma tgħereq.

 

Alfred Gech

03/01/2026

 

 

Comments

Popular posts from this blog