202.

 

“Għalhekk la tħablux raskom x’jiġri għada

Għax għada għalih innifu mbagħad jitħabat

Biżżejjed hu għall-jum it-taħbit tiegħu”

Minn żmien għal żmien emminna f’dit-tagħlima

U ta’ kuljum komplejna nkabbru l-fehema

U żmien bi żmien sibniha ddoqq f’widnejna

U ma ntbaħniex li d-dinja qed tinbidel

U ma ntbaħniex li lilna ż-żmien bidilna

Dak kollu li kien jgħodd, jgħodd m’għadux aktar;

Kien baqa’ biss li dderri sabiex tinsa’

Inkella illi ttenni t-tpaċpiċ fieragħ

Sabiex titkompla għaddejja n-narrattiva

U lil xulxin inwensu mit-tmiem riesaq

Ineżorabiment! It-tmiem bla siwi.

 

Alfred Grech

02/01/2026.

 

 

Comments