201.
Imqar
fil-qalba ta’ dil-maltempata,
Fejn
il-ġejjieni jidher mhux f’idejna
Fejn l-illużżjoni
tfarrket biċċa biċċa,
Madwarna ma
baqax ħlief bini mġarraf,
Ir-ruħ trid
terġa’ ssib il-melodija
U terġa’
ssib dik l-għanja li tħenniha,
Tara mill-ġdid
b’għajnejn il-poeżija
Sabiex issib
mnejn tista’ terġa’ tinfed
Lilhinn minn
fejn l-għajnejn iwasslu jistgħu,
Lilhinn
mill-eqreb għolja u l-eqreb xefaq,
Lilhinn milli
jingħad u li jinstema’
Lilhinn minn
dak li nemmnu u li nixtiequ. . .
Iżda! Lilhinn
mill-eqreb kantuniera
Wieħed ma
jafx ma xhiex irid jiltaqa’
Alfrd
Grech.
01/01/2026.
Comments
Post a Comment