Hemm Triq.
Hemm triq
li minnha tgħaddi
Fil-qalba
ta’ kull żmien
Hemm sentinella
antika
Li tiftaħ
il-bibien.
Hemm żmien
li jaf il-qilla
Ta’ sekli
ta’ taqbid,
Hemm xaqq
li jiftaħ kjażma
Li kull ma
jmur iżid.
Li jħażżeż
il-misteri
Li jifrex
żminijiet;
Hemm bieb
li minnu tgħaddi
U tmiss
l-għeġubijiet.
Żaqżieqa
taċ=ċappetti
Li twerżaq
fil-widnejn
Li twelled
armonija
F’kull-xewqa
tagħna t-tnejn.
Alfred
Grech
27/01/2026
Comments
Post a Comment