Issa Tbiegħedt.

 

Issa tbiegħedt lil hinn minn dan ix-xefaq

ix-xefaq li naraw, b’idejna mmissu,

idejk ħallewħ it-tmun ħallew il-maqdef

id-dagħajsa ma tinħtieġx ir-riħ biex timxi.

Bid-daqqa ta’ skalpel innaqqax ismek

Iż-żmien sar il-parentesi li ntesa.

Kemm kien ħafif li ttir u tibda’ togħola

U tgħib il-fuq mis-sħab biex tirrakkonta

Fiż-żmien li ma jgħaddix il-ħolm li toħlom

Biex jiena bħal mistieden niġi nżurek

U nerġa’ nixgħel fjamma ta’ kull darba

U nħoss li qatt ma tlaqt għax għadek magħhna.

 

Alfed Grech.

17/04/2025,

Comments

Popular posts from this blog